+ANNESS III IL-KRITERJI TAL-GĦAŻLA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(3)

ANNESS III IL-KRITERJI TAL-GĦAŻLA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(3)

ANNESS III

IL-KRITERJI TAL-GĦAŻLA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(3)

(KRITERJI LI JIDDETERMINAW JEKK IL-PROĠETTI ELENKATI FL-ANNESS II GĦANDHOMX IKUNU SOĠĠETTI GĦAL VALUTAZZJONI TAL-IMPATT FUQ L-AMBJENT)

1.   Karatteristiċi tal-proġetti

Il-karatteristiċi tal-proġetti għandhom jitqiesu, b'mod partikolari fir-rigward ta':

(a) id-daqs u d-disinn tal-proġett kollu;

(b) il-kumulazzjoni ma' proġetti eżistenti u/jew approvati oħra;

(c) l-użu ta' riżorsi naturali, partikolarment l-art, il-ħamrija, l-ilma u l-bijodiversità;

(d) il-produzzjoni tal-iskart;

(e) it-tniġġis u l-elementi ta' fastidju;

(f) ir-riskju ta' inċidenti kbar u/jew diżastri li huma rilevanti għall-proġett ikkonċernat, inklużi dawk ikkawżati mit-tibdil fil-klima, abbażi tal-għarfien xjentifiku;

(g) ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem (pereżempju dawk minn kontaminazzjoni tal-ilma jew tniġġis tal-arja).

2.   Il-post fejn jinsabu l-proġetti

Għandha titqies is-sensittività ambjentali ta' żoni ġeografiċi li x'aktarx jiġu affettwati mill-proġetti, b'mod partikolari fir-rigward ta':

(a) l-użu eżistenti u approvat tal-art;

(b) l-abbundanza relattiva, id-disponibbiltà, il-kwalità u l-kapaċità ta' riġenerazzjoni tar-riżorsi naturali (inkluża l-ħamrija, l-art, l-ilma u l-bijodiversità) fiż-żona u taħt l-art tagħha;

(c) il-kapaċità ta' assorbiment tal-ambjent naturali, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari liż-żoni li ġejjin:

(i) artijiet mistagħdra, żoni max-xatt tal-ixmajjar, bokok ta' xmajjar;

(ii) żoni kostali u l-ambjent tal-baħar;

(iii) żoni muntanjużi u dawk bil-foresti;

(iv) riservi u parkijiet naturali;

(v) żoni kklassifikati jew protetti skont il-leġislazzjoni nazzjonali; żoni ta' Natura 2000 deżinjati mill-Istati Membri skont id-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE;

(vi) żoni fejn diġà kienu ma ntlaħqux il-livelli ta' kwalità ambjentali, stabbiliti fil-leġislazzjoni tal-Unjoni u rilevanti għall-proġett, jew fejn huwa meqjus li dawn il-livelli ma ntlaħqux;

(vii) żoni b'densità għolja ta' popolazzjoni;

(viii) pajsaġġi u siti ta' sinifikat storiku, kulturali jew arkeoloġiku.

3.   It-tip u l-karatteristiċi tal-impatt potenzjali

L-effetti sinifikattivi li l-proġetti x'aktarx ikollhom fuq l-ambjent għandhom jitqiesu f'rabta mal-kriterji stabbiliti fil-punti 1 u 2 ta' dan l-Anness, fir-rigward tal-impatt tal-pproġett fuq il-fatturi speċifikati fl-Artikolu 3(1), filwaqt li jitqiesu:

(a) id-daqs u l-ambitu spazjali tal-impatt (pereżempju, iż-żona ġeografika u d-daqs tal-popolazzjoni li x'aktarx tkun affettwata);

(b) in-natura tal-impatt;

(c) in-natura transkonfinali tal-impatt;

(d) l-intensità u kumplessità tal-impatt;

(e) il-probabbiltà tal-impatt;

(f) meta se jitfaċċa l-impatt, kemm se jdum fis-seħħ l-impatt, il-frekwenza u r-riversibbiltà tal-impatt;

(g) il-kumulazzjoni tal-impatt mal-impatt ta' proġetti oħra eżistenti u/jew approvati;

(h) il-possibbiltà li jitnaqqsu l-impatt b'mod effikaċi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0092
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.