+Artikolu 8 Derogi
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
|
Artikolu 8 Derogi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni bl-għan li tagħti derogi lill-Istati Membri meta s-sistemi nazzjonali tal-istatistika tagħhom ikunu jeħtieġu adattamenti kbar. Jistgħu jingħataw derogi mill-Annessi matul il-perjodu tranżitorju msemmi fihom. Jistgħu jingħataw ukoll derogi mill-miżuri ta' implimentazzjoni u l-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament. Dawk id-derogi jistgħu jingħataw għal perjodu massimu ta' sentejn. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2). L-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-bidliet li jirriżultaw minn modifiki fil-klassifikazzjonijiet u n-nomenklaturi jew bidliet fl-oqfsa kontabilistiċi tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 549/2013.
|
|
Artikolu 8 2.
|
Għall-finijiet tal-ksib ta' deroga mill-Annessi VII, VIII u IX skont il-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta talba debitament ġustifikata lill-Kummissjoni sas-27 ta’ Diċembru 2026. Għall-fini tal-ksib ta' deroga skont il-paragrafu 1 minn miżuri ta' implimentazzjoni jew atti delegati adottati skont dan ir-Regolament li jidħlu fis-seħħ wara s-26 ta’ Diċembru 2024, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta talba debitament ġustifikata lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-miżura jew l-att ikkonċernat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011R0691
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|