Dan ir-Regolament japplika għan-negozjar tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa. Huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 648/2012 (
1
), (UE) Nru 596/2014 (
2
) u (UE) Nru 600/2014 (
3
) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
) fir-rigward ta’ attivitajiet li jinvolvu strumenti finanzjarji kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (15), tad-Direttiva 2014/65/UE, kif ukoll għall-applikazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni għall-prattiki koperti minn dan ir-Regolament.