+Artikolu 1 Suġġett, ambitu u relazzjoni ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni
---+Artikolu 1 1.
---+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 1 3.
---+Artikolu 1 4.
---+Artikolu 1 5.

Artikolu 1 Suġġett, ambitu u relazzjoni ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 1.
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jipprojbixxu prattiċi abbużivi li jaffettwaw is-swieq tal-enerġija bl-ingrossa li huma koerenti mar-regoli applikabbli fis-swieq finanzjarji u mal-funzjonament korrett ta’ dawk is-swieq bl-ingrossa filwaqt li jittieħed kont tal-karatteristiċi speċifiċi tagħhom. Huwa jipprovdi għall-monitoraġġ tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa mill-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“l-Aġenzija”) b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u filwaqt li jitqiesu l-interazzjonijiet bejn l-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti ta’ Emissjonijiet u s-swieq tal-enerġija bl-ingrossa.
Artikolu 1 2.
Dan ir-Regolament japplika għan-negozjar tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa. Huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 648/2012 ( 1 ), (UE) Nru 596/2014 ( 2 ) u (UE) Nru 600/2014 ( 3 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) fir-rigward ta’ attivitajiet li jinvolvu strumenti finanzjarji kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (15), tad-Direttiva 2014/65/UE, kif ukoll għall-applikazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni għall-prattiki koperti minn dan ir-Regolament.
Artikolu 1 3.
L-Aġenzija, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-AETS, l-awtoritajiet finanzjarji kompetenti tal-Istati Membri u, fejn ikun il-każ, l-awtoritajiet nazzjonali dwar il-kompetizzjoni għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw li jittieħed approċċ ikkoordinat għall-infurzar tar-regoli rilevanti fejn l-azzjonijiet ikunu relatati ma’ strument finanzjarju wieħed jew iktar li fir-rigward tiegħu jew tagħhom japplika ►M1  Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 ◄ u anki ma’ prodott tal-enerġija bl-ingrossa wieħed jew iktar li għalih jew għalihom japplikaw l-Artikoli 3, 4 u 5 ta’ dan ir-Regolament.

L-Aġenzija, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-ESMA u l-awtoritajiet finanzjarji kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni u data rilevanti b’mod regolari, jekk possibbli mill-inqas kull tliet xhur, rigward ksur potenzjali tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 li jinvolvi l-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa koperti minn dan ir-Regolament.

Artikolu 1 4.
Il-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija għandu jiżgura li l-Aġenzija twettaq il-kompiti assenjati lilha skont dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) u li l-Aġenzija talloka r-riżorsi meħtieġa, inkluż ir-riżorsi umani, biex tissodisfa l-obbligi l-ġodda assenjati lilha.
Artikolu 1 5.
Id-Direttur tal-Aġenzija għandu jikkonsulta lill-Bord tar-Regolaturi tal-Aġenzija dwar l-aspetti kollha tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u jqis kif dovut il-pariri u l-opinjonijiet tiegħu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011R1227
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.