+Artikolu 7d Kwalità tad-datatas-suq tal-LNG
---+Artikolu 7d 1.
---+Artikolu 7d 2.
---+Artikolu 7d 3.

Artikolu 7d Kwalità tad-datatas-suq tal-LNG

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7d 1.

Id-data tas-suq tal-LNG għandha tinkludi:

(a) 

il-partijiet għall-kuntratt, inkluż l-indikatur tax-xiri jew tal-bejgħ;

(b) 

il-parti li tirrapporta;

(c) 

il-prezz tat-tranżazzjoni;

(d) 

il-kwantitajiet tal-kuntratt;

(e) 

il-valur tal-kuntratt;

(f) 

il-perjodu tal-wasla tal-merkanzija tal-LNG;

(g) 

it-termini tat-twassil;

(h) 

il-punti tat-twassil;

(i) 

l-informazzjoni tal-kronogramma dwar dan kollu li ġej:

(i) 

id-data u l-ħin tat-tqegħid tal-offerta tax-xiri jew tal-offerta tal-bejgħ;

(ii) 

id-data u l-ħin tat-tranżazzjoni;

(iii) 

id-data u l-ħin tar-rappurtar tal-offerta tax-xiri, tal-offerta tal-bejgħ jew tat-tranżazzjoni;

(iv) 

il-wasla tad-data tas-suq tal-LNG għand l-Aġenzija.

Artikolu 7d 2.

Il-parteċipanti fis-suq tal-LNG għandhom jipprovdu data tas-suq tal-LNG lill-Aġenzija, bl-unitajiet u l-muniti li ġejjin:

(a) 

il-prezzijiet tal-unità tat-tranżazzjoni, tal-offerta tax-xiri u tal-offerta tal-bejgħ għandhom jiġu rrapportati fil-munita speċifikata fil-kuntratt u f’EUR/MWh u għandhom jinkludu r-rati tal-konverżjoni u tal-kambju applikati, meta applikabbli;

(b) 

il-kwantitajiet tal-kuntratt għandhom jiġu rrapportati fl-unitajiet speċifikati fil-kuntratti u f’MWh;

(c) 

il-perjodi tal-wasla għandhom jiġu rrapportati f’termini tad-dati tat-twassil espressi b’format UTC;

(d) 

il-punt tal-konsenja għandu jindika identifikatur validu elenkat mill-Aġenzija, bħal dak imsemmi fil-lista tal-faċilitajiet tal-LNG suġġetti għar-rappurtar skont dan ir-Regolament u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1348/2014; l-informazzjoni tal-kronogramma għandha tiġi rrapportata b’format UTC;

(e) 

jekk rilevanti, il-formula tal-prezz fil-kuntratt fit-tul li minnha jiġi derivat il-prezz għandha tiġi rrapportata fl-integrità tagħha.

Artikolu 7d 3.
L-Aġenzija għandha toħroġ gwida dwar il-kriterji li skonthom, sottomittent waħdieni jkun jirrappreżenta porzjon sinifikanti tad-data tas-suq tal-LNG sottomessa f’ċertu perjodu ta’ referenza u kif din is-sitwazzjoni għandha tiġi indirizzata fil-valutazzjoni tal-prezz tal-LNG ta’ kuljum u fil-parametru referenzjarju tal-LNG.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011R1227
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.