|
+Artikolu 7d 2. |
Artikolu 7d 2.Il-parteċipanti fis-suq tal-LNG għandhom jipprovdu data tas-suq tal-LNG lill-Aġenzija, bl-unitajiet u l-muniti li ġejjin:
(a)
il-prezzijiet tal-unità tat-tranżazzjoni, tal-offerta tax-xiri u tal-offerta tal-bejgħ għandhom jiġu rrapportati fil-munita speċifikata fil-kuntratt u f’EUR/MWh u għandhom jinkludu r-rati tal-konverżjoni u tal-kambju applikati, meta applikabbli;
(b)
il-kwantitajiet tal-kuntratt għandhom jiġu rrapportati fl-unitajiet speċifikati fil-kuntratti u f’MWh;
(c)
il-perjodi tal-wasla għandhom jiġu rrapportati f’termini tad-dati tat-twassil espressi b’format UTC;
(d)
il-punt tal-konsenja għandu jindika identifikatur validu elenkat mill-Aġenzija, bħal dak imsemmi fil-lista tal-faċilitajiet tal-LNG suġġetti għar-rappurtar skont dan ir-Regolament u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1348/2014; l-informazzjoni tal-kronogramma għandha tiġi rrapportata b’format UTC;
(e)
jekk rilevanti, il-formula tal-prezz fil-kuntratt fit-tul li minnha jiġi derivat il-prezz għandha tiġi rrapportata fl-integrità tagħha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|