Il-parteċipanti fis-suq għandhom jipprovdu lill-Aġenzija u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali b’informazzjoni relatata mal-kapaċità u l-użu tal-faċilitajiet tal-produzzjoni, tal-ħżin, tal-konsum jew tat-trażmissjoni
►M2
tal-elettriku, idroġenu jew gass naturali
◄ , jew relatata mal-kapaċità u l-użu tal-faċilitajiet tal-LNG, inkluż in-nuqqas ta’ disponibbiltà ppjanat jew mhux ippjanat ta’ dawk il-faċilitajiet, u b’informazzjoni privileġġata li hija żvelata pubblikament skont l-Artikolu 4, għall-finijiet tal-monitoraġġ tan-negozjar fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa. L-obbligi tar-rappurtar dwar il-parteċipanti fis-suq għandhom jitnaqqsu kemm jista’ jkun billitinġabar l-informazzjoni meħtieġa jew partijiet minnha, meta possibbli, mingħand sorsi eżistenti.