+Artikolu 8 Ġbir tad-dejta
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 1a.
---+Artikolu 8 1b.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.
|
Artikolu 8 Ġbir tad-dejta
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
Il-parteċipanti fis-suq, jew persuna jew entità elenkata fil-paragrafu il-punti (b) sa (f) f’isimhom, għandhom jagħtu lill-Aġenzija reġistru tat-tranżazzjonijiet tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa, inkluż l-ordnijiet biex isir negozju. L-informazzjoni rappurtata għandha tinkludi l-identifikazzjoni preċiża tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa mixtrija u mibjugħa, il-prezz u l-kwantità miftiehma, id-dati u l-ħinijiet tal-eżekuzzjoni, il-partijiet fit-tranżazzjoni u l-benefiċjarji intermedji jew finali tat-tranżazzjoni u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra. Il-parteċipanti fis-suq għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-iskoperturi tagħhom, dettaljata skont il-prodott, inkluż it-tranżazzjonijiet li jseħħu barra l-borża. Filwaqt li r-responsabbiltà ġenerali tibqa’ tal-parteċipanti fis-suq, ladarba l-informazzjoni meħtieġa tasal mingħand persuna jew entità elenkata fil--paragrafu 4 il-punti (b) sa (f) tal, l-obbligu ta’ rappurtar dwar il-parteċipant fis-suq inkwistjoni għandu jitqies bħala ssodisfatt. L-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu għandha tingħata permezz tal-RRMs.
|
|
Artikolu 8 1a.
|
Għall-fini tar-rappurtar ta’ rekords ta’ tranżazzjonijiet fis-suq tal-enerġija bl-ingrossa, inkluż ordnijiet għan-negozjar, li huma magħmula, konklużi jew eżegwiti fi OMPs, dawk l-OMPs, jew partijiet terzi f’isimhom, għandhom:
(a)
jagħmlu disponibbli lill-Aġenzija data relatata mal-ktieb tal-ordnijiet, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1348/2014, u b’hekk jissodisfaw f’isem il-parteċipanti fis-suq l-obbligi tagħhom skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu; jew,
(b)
fuq talba tal-Aġenzija, jagħtu lill-Aġenzija aċċess mingħajr dewmien għall-ktieb tal-ordnijiet sabiex l-Aġenzija tkun tista’ timmonitorja n-negozjar fis-suq tal-enerġija bl-ingrossa.
Sat-8 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji ulterjuri dwar l-operat ta’ dan il-paragrafu, inkluż l-arranġamenti speċifiċi biex jiġi żgurat rappurtar effettiv tad-data.Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21(2).
|
|
Artikolu 8 1b.
|
Il-parteċipanti fis-suq tal-LNG u kwalunkwe persuna jew entità elenkata fil-paragrafu 4, il-punti (b) sa (f), ta’ dan l-Artikolu li taġixxi f’isimhom għandhom jipprovdu b’mod sistematiku lill-Aġenzija rekord tad-data tas-suq tal-LNG, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1348/2014.
|
|
Artikolu 8 2.
|
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni:
(a)
tfassal lista ta’ kuntratti u derivati, inklużi ordnijiet sabiex isir negozjar, li għandhom tiġu rrappurtati skont il-paragrafu 1 u limiti de minimis xierqa għar-rappurtar ta’ tranżazzjonijiet fejn ikun il-każ;
(b)
tadotta regoli uniformi dwar ir-rappurtar ta’ informazzjoni li għandha tingħata skont il-paragrafu 1;
(c)
tistipula l-kalendarju u l-forma li fiha għandha tiġi rappurtata dik l-informazzjoni.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21(2). Għandhom jieħdu kont tas-sistemi eżistenti ta’ rappurtar tat-tranżazzjonijiet għall-monitoraġġ tal-attività ta’ negozjar biex jiġi identifikat l-abbuż tas-suq.
|
|
Artikolu 8 3.
|
Il-persuni u l-entitajiet msemmija fil-paragrafu 4, il-punti (a) sa (d), ta’ dan l-Artikolu li jkunu rrapportaw tranżazzjonijiet f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jew ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 ma għandhomx ikunu soġġetti għal obbligi tar-rappurtar doppji b’rabta ma’ dawk it-tranżazzjonijiet. Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 1a u 2 jistgħu jippermettu lil swieq organizzati u sistemi ta’ tqabbil jew rappurtar ta’ tranżazzjonijiet jipprovdu lill-Aġenzija b’reġistri ta’ tranżazzjonijet ta’ enerġija bl-ingrossa.”
|
|
Artikolu 8 4.
|
►M1
Għall-finijiet tal-paragrafi 1, 1a u 1b, l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta minn: ◄
(b)
parti terza li qed taġixxi f'isem il-parteċipant fis-suq;
(c)
sistema ta’ rappurtar tat-tranżazzjonijiet;
▼M1
(d)
OMP, sistema ta’ tqabbil tal-ordnijiet jew persuna oħra li professjonalment tirranġa jew twettaq it-tranżazzjonijiet;
▼B
(e)
repożitorji ta’ tranżazzjonijiet irreġistrati jew rikonoxxuti skont il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar transazzjonijiet derivati, kontropartiti ċentrali u repożitarji ta’ tranżazzjonijiet; jew
(f)
awtorità kompetenti li rċeviet dik l-informazzjoni skont l-Artikolu 25(3) tad-Direttiva 2004/39/KE jew l-AETS meta tkun irċeviet dik l-informazzjoni skont il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar transazzjonijiet derivati, kontropartiti ċentrali u repożitarji ta’ tranżazzjonijiet.
|
|
Artikolu 8 5.
|
Il-parteċipanti fis-suq għandhom jipprovdu lill-Aġenzija u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali b’informazzjoni relatata mal-kapaċità u l-użu tal-faċilitajiet tal-produzzjoni, tal-ħżin, tal-konsum jew tat-trażmissjoni
►M2
tal-elettriku, idroġenu jew gass naturali ◄ , jew relatata mal-kapaċità u l-użu tal-faċilitajiet tal-LNG, inkluż in-nuqqas ta’ disponibbiltà ppjanat jew mhux ippjanat ta’ dawk il-faċilitajiet, u b’informazzjoni privileġġata li hija żvelata pubblikament skont l-Artikolu 4, għall-finijiet tal-monitoraġġ tan-negozjar fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa. L-obbligi tar-rappurtar dwar il-parteċipanti fis-suq għandhom jitnaqqsu kemm jista’ jkun billitinġabar l-informazzjoni meħtieġa jew partijiet minnha, meta possibbli, mingħand sorsi eżistenti.
|
|
Artikolu 8 6.
|
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni:
(a)
tadotta regoli uniformi dwar ir-rappurtar ta’ informazzjoni li għandha tingħata skont il-paragrafu 5, u dwar il-limiti minimi xierqa għal tali rappurtar fejn ikun il-każ;
(b)
tistabbilixxi l-iskedar u l-forma li fiha dik l-informazzjoni għandha tiġi rapportata.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21(2). Huma għandhom iqisu l-obbligi ta’ rappurtar eżistenti skont ir-
►M1
Regolament (UE) 2019/943 ◄ u (KE) Nru 715/2009.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011R1227
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|