|
+Artikolu 16 4. |
Artikolu 16 4.Sabiex twettaq il-funzjonijiet tagħha taħt il-paragrafu 1, fejn, inter alia abbażi ta’ valutazzjonijiet jew analiżi inizjali, l-Aġenzija tissuspetta li kien hemm ksur ta’ dan ir-Regolament, għandu jkollha s-setgħa:
(a)
li titlob lil awtorità regolatorja nazzjonali waħda jew iktar sabiex tipprovdi/jipprovdu kwalunkwe informazzjoni relatata mal-ksur issuspettat;
(b)
li titlob lil awtorità regolatorja nazzjonali waħda jew iktar sabiex tibda/jibdew investigazzjoni tal-ksur issuspettat, u tieħu/jieħdu azzjoni xierqa sabiex issib/isibu rimedju għal kwalunkwe ksur misjub; kull deċiżjoni rigward l-azzjoni xierqa li għandha tittieħed biex jiġi rimedjat kull ksur misjub għandha tkun ir-responsabbiltà tal-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata;
(c)
li, fejn tikkunsidra li l-ksur possibbli għandu, jew kellu, impatt transkonfinali, tistabbilixxi u tikkoordina grupp investigattiv li jikkonsisti f'rappreżentanti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali konċernati sabiex jinvestiga jekk inkisirx dan ir-Regolament u f'liema Stat Membru sar il-ksur. Fejn ikun il-każ, l-Aġenzija tista' titlob ukoll il-parteċipazzjoni fil-grupp investigattiv tar-rappreżentanti tal-awtorità finanzjarja kompetenti jew ta’ kwalunwke awtorità rilevanti oħra ta’ Stat Membru wieħed jew iktar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|