+Artikolu 16 Il-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 5.
---+Artikolu 16 6.

Artikolu 16 Il-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1.
L-Aġenzija għandu jkollha l-għan li tiżgura li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament b'mod ikkoordinat u konsistenti.

L-Aġenzija għandha, kif xieraq, tippubblika gwida mhux vinkolanti dwar:

(a) 

l-applikazzjoni tad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2, inkluż fir-rigward tal-istabbiliment ta’ lista mhux eżawrjenti ta’ passi intermedji rilevanti fi proċess fit-tul f’dawk il-każijiet fejn, waħedha, l-informazzjoni tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2, il-punt (1); u

(b) 

indikaturi mhux eżawrjenti u eżempji ta’ mġiba tas-suq relatata ma’ manipulazzjoni tas-suq, kif ukoll abbuż minn informazzjoni privileġġata,msemmija fl-Artikolu 3.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkooperaw mal-Aġenzija u ma’ xulxin, anke f'livell reġjonali, sabiex iwettqu dmirijiethom skont dan ir-Regolament.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-awtoritajiet finanzjarji kompetenti tal-Istati Membri, l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u l-awtoritajiet fiskali nazzjonali għandhom jistabbilixxu forom xierqa ta’ kooperazzjoni biex jiżguraw investigazzjoni u infurzar effettivi u effiċjenti f’waqthom, u biex jikkontribwixxu għal approċċ koerenti u konsistenti għall-investigazzjoni, għall-proċeduri ġudizzjarji u għall-infurzar ta’ dan ir-Regolament u tal-liġi finanzjarja u tal-kompetizzjoni rilevanti.

Artikolu 16 2.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom bla dewmien jinformaw lill-Aġenzija b'mod kemm jista' jkun speċifiku fejn ikollhom raġunijiet validi sabiex jissuspettaw li qed jitwettqu jew twettqu atti li jiksru dan ir-Regolament, jew f'dak l-Istat Membru jew fi Stat Membru ieħor.

Fejn awtorità regolatorja nazzjonali tissuspetta li fi Stat Membru ieħor qed jitwettqu atti li jaffettwaw is-swieq tal-enerġija bl-ingrossa jew il-prezz tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa f'dak l-Istat Membru, hija tista' titlob lill-Aġenzija sabiex tieħu azzjoni skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u, jekk l-atti jaffettwaw strumenti finanzjarji soġġetti għall- ►M1  Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 ◄ , skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Qabel ma jadottaw deċiżjoni li ssib ksur ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritàregolatorja nazzjonali tista’ tinforma lill-Aġenzija u tipprovdilha sommarju tal-każ u tad-deċiżjoni prevista b’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat. Wara li tadotta deċiżjoni li ssib ksur ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tipprovdi dik id-deċiżjoni lill-Aġenzija, inkluż informazzjoni dwar id-data t’adozzjoni tagħha, l-isem tal-persuni soġġetti għal penali, l-Artikolu ta’ dan ir-Regolament li jkun inkiser u l-penali applikat. Fl-istess ħin, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tindika lill-Aġenzija liema informazzjoni tkun żvelat lill-pubbliku kif imsemmi fl-Artikolu 18(6) u għandha tinforma minnufih lill-Aġenzija bi kwalunkwe bidla sussegwenti għal tali informazzjoni. L-Aġenzija għandha żżomm lista pubblika ta’ informazzjoni li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu żvelaw lill-pubbliku kif imsemmi fl-Artikolu 18(6).

Artikolu 16 3.

Sabiex ikun żgurat approċċ ikkoordinat u konsistenti għall-abbuż tas-suq fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa:

▼M1

(a) 

l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jipproċessaw rapporti ta’ ksur possibbli ta’ dan ir-Regolament mingħajr dewmien żejjed u, jekk possibbli, fi żmien sena mid-data tal-wasla tat-talba ta’ dawn ir-rapporti, u jinfurmaw lill-awtorità finanzjarja kompetenti tal-Istat Membru tagħhom u lill-Aġenzija fejn ikollhom raġunijiet validi biex jissuspettaw li fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa qed jitwettqu, jew twettqu atti, li jikkostitwixxu abbuż tas-suq fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 u li jaffettwaw strumenti finanzjarji soġġetti għall-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament; għal dawk il-finijiet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jistabbilixxu forom xierqa ta’ kooperazzjoni mal-awtorità finanzjarja kompetenti fl-Istat Membru tagħhom;

▼B

(b) 

l-Aġenzija għandha tinforma lill-AETS u lill-awtorità finanzjarja kompetenti fejn ikollha raġunijiet validi biex tissuspetta li fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa qed jitwettqu jew twettqu atti, li jikkostitwixxu abbuż tas-suq fis-sens tad- ►M1  Direttiva 2003/6/K ◄ E, u li jaffettwaw strumenti finanzjarji soġġetti għall- ►M1  Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament ◄ ;

(c) 

l-awtorità finanzjarja kompetenti ta’ Stat Membru għandha tinforma lill-AETS u lill-Aġenzija fejn ikollha raġunijiet validi sabiex tissuspetta li fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa fi Stat Membru ieħor qed jitwettqu jew twettqu atti li jiksru l-Artikoli 3 u 5;

(d) 

l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinformaw lill-awtorità nazzjonali dwar il-kompetizzjoni tal-Istat Membru tagħhom, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija fejn ikollhom raġunijiet validi sabiex jissuspettaw li fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa qed jitwettqu jew twettqu atti, li x'aktarx jikkostitwixxu ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni;

▼M1

(e) 

l-Aġenzija u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tat-taxxa u lill-EUROFISC meta jkollhom raġunijiet raġonevoli biex jissuspettaw li qed jitwettqu jew ikunu twettqu atti fis-suq tal-enerġija bl-ingrossa li aktarx jikkostitwixxu frodi tat-taxxa.

▼B

Artikolu 16 4.

Sabiex twettaq il-funzjonijiet tagħha taħt il-paragrafu 1, fejn, inter alia abbażi ta’ valutazzjonijiet jew analiżi inizjali, l-Aġenzija tissuspetta li kien hemm ksur ta’ dan ir-Regolament, għandu jkollha s-setgħa:

(a) 

li titlob lil awtorità regolatorja nazzjonali waħda jew iktar sabiex tipprovdi/jipprovdu kwalunkwe informazzjoni relatata mal-ksur issuspettat;

(b) 

li titlob lil awtorità regolatorja nazzjonali waħda jew iktar sabiex tibda/jibdew investigazzjoni tal-ksur issuspettat, u tieħu/jieħdu azzjoni xierqa sabiex issib/isibu rimedju għal kwalunkwe ksur misjub; kull deċiżjoni rigward l-azzjoni xierqa li għandha tittieħed biex jiġi rimedjat kull ksur misjub għandha tkun ir-responsabbiltà tal-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata;

(c) 

li, fejn tikkunsidra li l-ksur possibbli għandu, jew kellu, impatt transkonfinali, tistabbilixxi u tikkoordina grupp investigattiv li jikkonsisti f'rappreżentanti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali konċernati sabiex jinvestiga jekk inkisirx dan ir-Regolament u f'liema Stat Membru sar il-ksur. Fejn ikun il-każ, l-Aġenzija tista' titlob ukoll il-parteċipazzjoni fil-grupp investigattiv tar-rappreżentanti tal-awtorità finanzjarja kompetenti jew ta’ kwalunwke awtorità rilevanti oħra ta’ Stat Membru wieħed jew iktar.

Artikolu 16 5.
Awtorità regolatorja nazzjonali li tirċievu talba għal informazzjoni taħt il-punt (a) tal-paragrafu 4, jew li tirċievu talba sabiex jingħata bidu għal investigazzjoni ta’ ksur issuspettat taħt il-punt (b) tal-paragrafu 4, għandha tieħu immedjatament il-miżuri meħtieġa sabiex tikkonforma ma’ dik it-talba. Jekk dik l-awtorità regolatorja nazzjonali ma tkunx tista' tipprovdi l-informazzjoni mitluba immedjatament, hija għandha tinforma mill-iktar fis possibbli lill-Aġenzija bir-raġunijiet għal dan.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, awtorità regolatorja nazzjonali tista' tirrifjuta li taġixxi fuq talba meta:

(a) 

il-konformità tista' taffettwa ħażin is-sovranità jew is-sigurtà tal-Istat Membru inkwistjoni;

(b) 

ikunu diġà nbdew proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward tal-istess azzjonijiet u kontra l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru inkwistjoni; jew

(c) 

tkun diġà ngħatat sentenza finali fir-rigward ta’ tali persuni għall-istess azzjonijiet fl-Istat Membru inkwistjoni;

Fi kwalnkwe każ bħal dan, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tinnotifika lill-Aġenzija skont kif ikun meħtieġ, filwaqt li jipprovdu informazzjoni dettaljata kemm jista' jkun dwar dawk il-proċedimenti jew dwar is-sentenza.

L-awtoritajiet regolatarji nazzjonali għandhom jipparteċipaw fi grupp investigattiv imlaqqa' taħt il-punt (c) tal-paragrafu 4, fejn jagħtu l-assistenza kollha meħtieġa. Il-grupp investigattiv għandu jkun soġġett għall-koordinazzjoni tal-Aġenzija.

Artikolu 16 6.
L-aħħar sentenza tal- ►M1  Artikolu 22(5) tar-Regolament (UE) 2019/942 ◄ ma għandhiex tapplika għall-Aġenzija meta tkun qed twettaq il-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011R1227
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.