+Artikolu 16b Linji gwida u rakkomandazzjonijiet
---+Artikolu 16b 1.
---+Artikolu 16b 2.
---+Artikolu 16b 3.
---+Artikolu 16b 4.
---+Artikolu 16b 5.
---+Artikolu 16b 6.
---+Artikolu 16b 7.

Artikolu 16b Linji gwida u rakkomandazzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16b 1.
L-Aġenzija għandha, biex tistabbilixxi prattiki superviżorji konsistenti, effiċjenti u effettivi fl-Unjoni, u biex tiżgura l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tal-liġi tal-Unjoni, toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kollha jew lill-parteċipanti kollha fis-suq u toħroġ rakkomandazzjonijiet lil awtorità regolatorja nazzjonali waħda jew aktar jew lil parteċipant fis-suq wieħed jew aktar dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 3 sa 5a, 8, 9 u 9a u l-Artikolu 10(1).
Artikolu 16b 2.
L-Aġenzija għandha, f’perjodu ta’ żmien adegwat u realistiku, twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi xierqa mal-parteċipanti fis-suq rilevanti dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet li toħroġ u għandha tanalizza l-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati mal-ħruġ ta’ dawk il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet. Dawk il-konsultazzjonijiet u l-analiżijiet għandhom ikunu proporzjonati mal-ambitu, in-natura u l-impatt tal-linji gwida jew tar-rakkomandazzjonijiet.
Artikolu 16b 3.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-parteċipanti fis-suq għandhom iqisu kif xieraq dawk il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet.
Artikolu 16b 4.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jinfurmaw lill-Aġenzija fuq bażi regolari tal-implimentazzjoni tal-linji gwida jew ir-rakkomandazzjonijiet indirizzati lilhom.
Artikolu 16b 5.
Jekk ikun meħtieġ minn linja gwida jew rakkomandazzjoni, il-parteċipanti fis-suq għandhom jinnotifikaw lill-Aġenzija dwar l-implimentazzjoni tal-linja gwida jew ir-rakkomandazzjoni speċifika. Fuq talba tal-Aġenzija, il-parteċipanti fis-suq għandhom jissostanzjaw tali notifika b’mod ċar u dettaljat.
Artikolu 16b 6.
Fi żmien 12-il xahar mill-ħruġ ta’ linji gwida jew rakkomandazzjonijiet skont il-paragrafu 1, l-Aġenzija tista’ twettaq konsultazzjoni, inkluż mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew mal-parteċipanti fis-suq, biex tivvaluta l-adegwatezza u l-effettività ta’ dawk il-linji gwida jew tar-rakkomandazzjonijiet.
Artikolu 16b 7.
L-Aġenzija għandha tinkludi l-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet li tkun ħarġet fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 19(1), il-punt (k), tar-Regolament (UE) 2019/942.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011R1227
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.