+Artikolu 2 Ambitu
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 2 3.
---+Artikolu 2 4.
---+Artikolu 2 5.

Artikolu 2 Ambitu

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 1.

Din id-Direttiva għandha tapplika għal tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) kif ġej:

(a) 

mit-13 ta’ Awwissu 2012 sal-14 ta’ Awwissu 2018 (perjodu tranżizzjonali), soġġett għall-paragrafu 3, għal EEE li jaqa' fil-kategoriji elenkati fl-Anness I. L-Anness II fih lista indikattiva ta’ EEE li jaqa' fil-kategoriji elenkati fl-Anness I;

(b) 

mill-15 ta’ Awwissu 2018, suġġett għall-paragrafi 3 u 4, għall-EEE kollu. L-EEE kollu għandu jkun ikklassifikat fi ħdan il-kategoriji stabbiliti fl-Anness III. L-Anness IV fih lista mhux eżawrjenti ta’ EEE li jaqa' fil-kategoriji elenkati fl-Anness III (ambitu mhux ristrett).

Artikolu 2 2.
Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sikurezza u s-saħħa, dwar il-kimika, b'mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ( 1 ), kif ukoll tal-leġiżlazzjoni Komunitarja speċifika dwar il-ġestjoni tal-iskart jew id-disinn ta’ prodotti.
Artikolu 2 3.

Din id-Direttiva ma għandha tapplika għall-ebda wieħed mill-EEE li ġej:

(a) 

tagħmir li huwa meħtieġ għall-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istati Membri, inklużi armi, munizzjon u materjal tal-gwerra maħsuba għal għanijiet speċifikament militari;

(b) 

tagħmir li huwa ddisinjat u installat speċifikament bħala parti minn tip ieħor ta’ tagħmir li huwa eskluż jew ma jaqax taħt l-ambitu ta’ din id-Direttiva u li jista' jintuża biss jekk ikun jagħmel parti minn dak it-tagħmir;

(c) 

bozoz bil-filament.

Artikolu 2 4.

Flimkien mat-tagħmir speċifikat fil-paragrafu 3, mill-15 ta’ Awwissu 2018, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-EEE li ġej:

(a) 

tagħmir iddisinjat biex jintbagħat fl-ispazju;

(b) 

għodod industrijali fissi ta’ skala kbira;

(c) 

installazzjonijiet fissi ta’ skala kbira, minbarra kwalunkwe tagħmir li mhuwiex speċifikament iddisinjat u installat bħala parti minn dawk l-installazzjonijiet;

(d) 

mezzi tat-trasport għal persuni u merkanzija, esklużi vetturi elettriċi b'żewġ roti li mhumiex tat-tip approvat;

(e) 

makkinarju mobbli mhux tat-triq esklussivament disponibbli għall-użu professjonali;

(f) 

tagħmir iddisinjat speċifikament esklussivament għall-finijiet ta’ riċerka u żvilupp li huwa disponibbli biss fuq bażi minn negozju għal negozju ieħor;

(g) 

apparat mediku u apparat mediku djanjostiku in vitro, fejn dan l-apparat ikun mistenni li jkun infettiv qabel tmiem il-ħajja tiegħu, u apparat mediku attiv li jista' jiġi impjantat.

Artikolu 2 5.
Mhux aktar tard mill-14 ta’ Awwissu 2015, il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva stabbilit fil-punt (b) tal-paragrafu 1, inklużi l-parametri għad-distinzjoni bejn tagħmir kbir u żgħir fl-Anness III, u għandha tippreżenta rapport dwar dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva, jekk adatt.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012L0019
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.