+DIRETTIVA 2012/19/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (riformulazzjoni) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
---+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 2 Ambitu
------+Artikolu 2 1.
------+Artikolu 2 2.
------+Artikolu 2 3.
------+Artikolu 2 4.
------+Artikolu 2 5.
---+Artikolu 3 Definizzjonijiet
------+Artikolu 3 1.
------+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 4 Id-disinn tal-prodott
---+Artikolu 5 Ġbir separat
------+Artikolu 5 1.
------+Artikolu 5 2.
------+Artikolu 5 3.
------+Artikolu 5 4.
------+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 6 Ir-rimi u t-trasport tal-WEEE miġbur
------+Artikolu 6 1.
------+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 7 Ir-rata ta’ ġbir
------+Artikolu 7 1.
------+Artikolu 7 2.
------+Artikolu 7 3.
------+Artikolu 7 4.
------+Artikolu 7 5.
------+Artikolu 7 6.
------+Artikolu 7 7.
---+Artikolu 8 Trattament adatt
------+Artikolu 8 1.
------+Artikolu 8 2.
------+Artikolu 8 3.
------+Artikolu 8 4.
------+Artikolu 8 5.
------+Artikolu 8 6.
---+Artikolu 9 Permessi
------+Artikolu 9 1.
------+Artikolu 9 2.
------+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 10 Vjeġġi ta’ WEEE
------+Artikolu 10 1.
------+Artikolu 10 2.
------+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 11 Il-miri tal-irkupru
------+Artikolu 11 1.
------+Artikolu 11 2.
------+Artikolu 11 3.
------+Artikolu 11 4.
------+Artikolu 11 5.
------+Artikolu 11 6.
---+Artikolu 12 Finanzjament tal-WEEE minn djar privati
------+Artikolu 12 1.
------+Artikolu 12 2.
------+Artikolu 12 3.
------+Artikolu 12 4.
------+Artikolu 12 5.
------+Artikolu 12 6.
---+Artikolu 13 Finanzjament tal-WEEE minn utenti għajr djar privati
------+Artikolu 13 1.
------+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 14 Tagħrif għall-utenti
------+Artikolu 14 1.
------+Artikolu 14 2.
------+Artikolu 14 3.
------+Artikolu 14 4.
------+Artikolu 14 5.
---+Artikolu 15 Tagħrif għall-faċilitajiet ta’ trattament
------+Artikolu 15 1.
------+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 16 Reġistrazzjoni, tagħrif u rappurtar
------+Artikolu 16 1.
------+Artikolu 16 2.
------+Artikolu 16 3.
------+Artikolu 16 4.
------+Artikolu 16 6.
------+Artikolu 16 7.
------+Artikolu 16 8.
------+Artikolu 16 9.
---+Artikolu 16a Inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart
---+Artikolu 17 Ir-rappreżentant awtorizzat
------+Artikolu 17 1.
------+Artikolu 17 2.
------+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 18 Kooperazzjoni amministrattiva u skambju ta’ tagħrif
---+Artikolu 19 Adattament għall-progress xjentifiku u tekniku
---+Artikolu 20 Eżerċizzju tad-delega
------+Artikolu 20 1.
------+Artikolu 20 2.
------+Artikolu 20 3.
------+Artikolu 20 4.
------+Artikolu 20 5.
---+Artikolu 21 Proċedura tal-Kumitat
------+Artikolu 21 1.
------+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 22 Penali
---+Artikolu 23 Ispezzjoni u monitoraġġ
------+Artikolu 23 1.
------+Artikolu 23 2.
------+Artikolu 23 3.
------+Artikolu 23 4.
---+Artikolu 24 Traspożizzjoni
------+Artikolu 24 1.
------+Artikolu 24 2.
------+Artikolu 24 3.
---+Artikolu 24a Rieżami
------+Artikolu 24a 1.
------+Artikolu 24a 2.
---+Artikolu 25 Tħassir
---+Artikolu 26 Dħul fis-seħħ
---+Artikolu 27 Indirizzati
---+ANNESS I
---+ANNESS II
---+ANNESS III
---+ANNESS IV
---+ANNESS V
---+ANNESS VI
---+ANNESS VII
---+ANNESS VIII
---+ANNEX IX
---+ANNESS X
---+ANNEX XI
---+ANNEX XII
English - European Union - Environment -

DIRETTIVA 2012/19/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (riformulazzjoni) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

DIRETTIVA 2012/19/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-4 ta’ Lulju 2012

dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE)

(riformulazzjoni)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri għall-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem permezz tal-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-impatti negattivi tal-ġenerazzjoni u l-ġestjoni tal-iskart minn tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) u bit-tnaqqis tal-impatti ġenerali mill-użu ta’ riżorsi u t-titjib tal-effiċjenza f'dan it-tip ta’ użu skont l-Artikoli 1 u 4 tad-Direttiva 2008/98/KE, u b'hekk jingħata kontribut għall-iżvilupp sostenibbli.

Artikolu 2 Ambitu
Artikolu 3 Definizzjonijiet
Artikolu 4 Id-disinn tal-prodott

Artikolu 4

Id-disinn tal-prodott

L-Istati Membri għandhom, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-funzjonament korrett tas-suq intern u dwar id-disinn tal-prodott, inkluża d-Direttiva 2009/125/KE, jinkoraġġixxu kooperazzjoni bejn il-produtturi u dawk li jirriċiklaw u miżuri li jippromwovu d-disinn u l-produzzjoni ta’ EEE, notevolment fid-dawl li jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid, iż-żarmar u l-irkupru tal-WEEE, il-komponenti u l-materjali tagħhom. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex ir-rekwiżiti tal-ekodisinn li jiffaċiliaw l-użu mill-ġdid u t-trattament tal-WEEE stabbiliti fil-qafas tad-Direttiva 2009/125/KE jiġu applikati u produtturi ma jipprevenux, permezz ta’ karatteristiċi speċifiċi ta’ disinn jew proċessi ta’ manifattura, l-użu mill-ġdid tal-WEEE, għajr jekk karatteristiċi speċifiċi ta’ disinn jew proċessi ta’ manifattura ta’ dan it-tip jippreżentaw vantaġġi importanti, pereżempju, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-ambjent u/jew ta’ sikurezza.

Artikolu 5 Ġbir separat
Artikolu 6 Ir-rimi u t-trasport tal-WEEE miġbur
Artikolu 7 Ir-rata ta’ ġbir
Artikolu 8 Trattament adatt
Artikolu 9 Permessi
Artikolu 10 Vjeġġi ta’ WEEE
Artikolu 11 Il-miri tal-irkupru
Artikolu 12 Finanzjament tal-WEEE minn djar privati
Artikolu 13 Finanzjament tal-WEEE minn utenti għajr djar privati
Artikolu 14 Tagħrif għall-utenti
Artikolu 15 Tagħrif għall-faċilitajiet ta’ trattament
Artikolu 16 Reġistrazzjoni, tagħrif u rappurtar
Artikolu 16a Inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart

Artikolu 16a

Inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart

Sabiex jikkontribwixxu għall-objettivi stipulati f’din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jużaw strumenti ekonomiċi u miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart bħal dawk imsemmija fl-Anness IVa għad-Direttiva 2008/98/KE jew instrumenti u miżuri oħra xierqa.

Artikolu 17 Ir-rappreżentant awtorizzat
Artikolu 18 Kooperazzjoni amministrattiva u skambju ta’ tagħrif

Artikolu 18

Kooperazzjoni amministrattiva u skambju ta’ tagħrif

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva jikkooperaw ma’ xulxin, b'mod partikolari biex jiġi stabbilit fluss adegwat ta’ tagħrif biex jiġi żgurat li l-produtturi jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u, fejn adatt, jipprovdu tagħrif lil xulxin u lill-Kummissjoni sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni adatta ta’ din id-Direttiva. Il-kooperazzjoni amministrattiva u l-iskambju ta’ tagħrif, partikolarment bejn reġistri nazzjonali, għandhom jinkludu mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi.

Il-kooperazzjoni għandha tinkludi, inter alia, l-għoti ta’ aċċess għad-dokumenti relevanti u informazzjoni inklużi r-riżultati ta’ kull ispezzjoni li ssir, suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data fis-seħħ fl-Istat Membru tal-awtorità li hija mitluba tikkoopera.

Artikolu 19 Adattament għall-progress xjentifiku u tekniku

Artikolu 19

Adattament għall-progress xjentifiku u tekniku

▼M1

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20 ta’ din id-Direttiva rigward l-emendi meħtieġa sabiex tadatta l-Annessi IV, VII, VIII u IX għal din id-Direttiva u għall-progress xjentifiku u tekniku. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat separat fir-rigward ta’ kull Anness li jrid jiġi emendat. Fl-emendar tal-Anness VII għal din id-Direttiva, l-eżenzjonijiet mogħtija skont id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ) għandhom jiġu kkunsidrati.

▼B

Qabel ma jiġu emendati l-Annessi, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta, fost l-oħrajn, il-produtturi ta’ EEE, ir-riċiklaturi, l-operaturi tat-trattament u l-organizzazzjonijiet ambjentali u l-għaqdiet tal-impjegati u l-konsumaturi.

Artikolu 20 Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 21 Proċedura tal-Kumitat
Artikolu 22 Penali

Artikolu 22

Penali

L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-14 ta’ Frar 2014 dwar dawk id-dispożizzjonijiet u għandhom jinnotifikawha minnufih dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffetwahom.

Artikolu 23 Ispezzjoni u monitoraġġ
Artikolu 24 Traspożizzjoni
Artikolu 24a Rieżami
Artikolu 25 Tħassir

Artikolu 25

Tħassir

Id-Direttiva 2002/96/KE kif emendata bid-Direttivi elenkati fil-Parti A tal-Anness XI hija mħassra b'effett mill-15 ta’ Frar 2014, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttiva stabbiliti fil-Parti B tal-Anness XI.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness XII.

Artikolu 26 Dħul fis-seħħ

Artikolu 26

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 27 Indirizzati

Artikolu 27

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

ANNESS I




ANNESS I

Kategoriji ta’ EEE koperti minn din id-Direttiva matul il-perjodu tranżizzjonali kif previst fl-Artikolu 2(1)(a)

1. Apparat domestiku kbir

2. Apparat domestiku żgħir

3. Tagħmir tal-IT u telekomunikazzjonijiet

4. Tagħmir tal-konsumatur u pannelli fotovoltajċi

5. Tagħmir li jagħti d-dawl

6. Għodod elettriċi u elettroniċi (ħlief għodod industrijali weqfin ta’ skala kbira)

7. Ġugarelli, tagħmir għal waqt il-ħin ħieles u tal-isport

8. Mezzi mediċi (ħlief kull prodott impjantat u infettat)

9. Strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll

10. Apparat ta’ distribuzzjoni awtomatiku

ANNESS II




ANNESS II

Lista indikattiva ta’ EEE li jaqgħu fil-kategoriji tal-Anness I

1.   APPARAT DOMESTIKU KBIR

Apparat kbir li jkessaħ
Refriġeraturi
Friżers
Apparat kbir ieħor użat għar-refriġerazzjoni, il-konservazzjoni u l-ħażna tal-ikel
Magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ
Magni li jnixxfu l-ħwejjeġ
Magni li jaħslu l-platti
Apparat għat-tisjir
Kenuri tal-elettriku
Hot plates tal-elettriku
Microwaves
Apparat kbir ieħor użat għat-tisjir u pproċessar ieħor tal-ikel
Apparat tal-elettriku li jsaħħan
Radiators tal-elettriku
Apparat kbir ieħor li jsaħħan il-kmamar, is-sodod, l-għamara fejn wieħed joqgħod bil-qiegħda
Fannijiet tal-elettriku
Apparat għall-arja kondizzjonata
Tagħmir ieħor b’effett ta’ fannijiet, ventilazzjoni u kondizzjonar

2.   APPARAT DOMESTIKU ŻGĦIR

Vacuum cleaners
Tagħmir li jiknes it-twapet
Apparat ieħor użat għat-tindif
Apparat użat għall-ħjata, xogħol tal-labar, insiġ u proċessar ieħor għat-tessuti
Ħdejjed u apparat ieħor għall-mogħdija, l-illixxar u kura oħra ta’ ħwejjeġ
Magni għax-xiwi tal-ħobż
Magni għall-qali
Imtieħen, magni tal-kafè u tagħmir biex jinfetħu jew jiġu siġillati kontenituri jew pakketti
Skieken tal-elettriku
Apparat biex jinqata’ x-xagħar, għat-tnixxif tax-xagħar, biex jinħaslu s-snien, biex titqaxxar il-leħja, għall-massaġġjar u apparat ieħor għall-kura tal-ġisem
Arloġġi kbar, arloġġi żgħar u tagħmir għall-għan tal-kejl, indikazzjoni jew reġistrazzjoni tal-ħin
Imwieżen

3.   TAGĦMIR TAL-IT U T-TELEKOMUNIKAZZJONI

Proċessar tad-data ċentralizzat
Mainframes
Minikompjuters
Unitajiet tal-printer
Personal computing:
Kompjuters għal użu personali (CPU, mouse, scrin u keyboard inklużi)
Kompjuters laptop (CPU, mouse, scrin u keyboard inklużi)
Kompjuters notebook
Kompjuters notepad
Printers
Tagħmir tal-fotokopji
Typewriters elettriċi u elettroniċi
Kalkolaturi tal-but jew tal-iskrivanija
u prodotti u tagħmir oħra għall-ġbir, il-ħażna, l-ipproċessar, il-preżentazzjoni jew il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni b’mezzi elettroniċi
User terminals u systems
Magna facsimile (fax)
Telex
Settijiet tat-telefown
Settijiet tat-telefown bil-ħlas
Settijiet tat-telefown mingħajr wajer
Telefowns ċellulari
Sistemi ta’ magni li jwieġbu t-telefown
u prodotti jew tagħmir oħra għat-trażmissjoni ta’ ħsejjes, immaġni jew informazzjoni oħra permezz tal-telekomunikazzjoni

4.   TAGĦMIR TAL-KONSUMATUR U PANNELLI FOTOVOLTAJĊI

Settijiet tar-radju
Settijiet tat-televiżjoni
Videocameras
Recorders tal-vidjo
Recorders hi-fi
Amplifikaturi tal-awdjo
Strumenti mużikali
u prodotti jew tagħmir oħra għall-fini tar-rekordjar jew ir-riproduzzjoni tal-ħsejjes jew l-immaġni, inklużi sinjali jew teknoloġiji oħra għad-distribuzzjoni tal-ħsejjes u l-immaġni mhux permezz tat-telekomunikazzjoni
Pannelli fotovoltajċi

5.   TAGĦMIR LI JAGĦTI D-DAWL

Dwal għal-lampi florexxenti bl-eċċezzjoni ta’ dwal fid-djar
Lampi florexxenti dritti
Lampi florexxenti kompatti
Lampi ta’ skariku ta’ intensità għolja, inklużi lampi tas-sodju bi pressa u lampi alidi tal-metall
Lampi tas-sodju bi pressa baxxa
Dawl jew tagħmir ieħor li jagħti d-dawl għall-fini li jinfirex jew jiġi kkontrollat id-dawl bl-eċċezzjoni tal-bozoz bil-filament

6.   GĦODOD ELETTRIĊI U ELETTRONIĊI (BL-EĊĊEZZJONI TA’ GĦODOD INDUSTRIJALI FISSI TA’ SKALA KBIRA)

Apparat li jħaffer
Srieraq
Magni tal-ħjata
Tagħmir għal tidwir, xkatlar, tħin, tqattigħ, tħaffir, titqib, ippanċjar, tiwi, tgħawwiġ jew proċessar simili tal-injam, metall u materjali oħrajn
Għodod għall-irbuttar, it-tismir jew l-irbit bil-viti jew it-tneħħija ta’ rivets, imsiemer, viti jew użu simili
Għodod għall-iwweldjar, l-istanjar jew użu simili
Tagħmir għall-isprejjar, it-tifrix jew xi trattament ieħor ta’ sustanzi likwidi jew gassużi permezz ta’ mezzi oħra
Għodod għall-ħsad jew attivitajiet oħra ta’ xogħol fil-ġnien

7.   ĠUGARELLI, TAGĦMIR GĦAL WAQT IL-ĦIN LIBERU U TAL-ISPORT

Ferroviji jew settijiet tat-tiġirja tal-karozzi tal-elettriku
Game consoles tal-vidjo li jinżammu fl-idejn
Logħob tal-vidjo
Kompjuters għal ġiri bir-rota, għadis, ġiri, qdif, eċċ
Tagħmir tal-isport b’komponenti elettriċi jew elettroniċi
Coin slot machines

8.   APPARAT MEDIKU (BL-EĊĊEZZJONI TA’ KULL PRODOTT IMPJANTAT U INFETTAT)

Tagħmir għar-radjuterapija
Tagħmir għall-kardjoloġija
Tagħmir għad-dijalisi
Ventilaturi tal-pulmun
Tagħmir għall-mediċina nukleari
Tagħmir tal-laboratorju għad-dijanjosi in vitro
Analizzaturi
Friżers
Tagħmir għat-testijiet tal-fertilizzazzjoni
Apparat ieħor għad-detezjoni, il-prevenzjoni, il-monitoraġġ, it-trattament, it-taffija ta’ mard, korriment jew diżabbiltà

9.   STRUMENTI TA’ MONITORAĠĠ U KONTROLL

Apparat li jindika l-preżenza ta’ duħħan
Regolaturi tas-sħana
Termostati
Apparat li jkejjel, jiżen jew jaġġusta għad-djar jew bħala tagħmir tal-laboratorju
Strumenti oħra ta’ monitoraġġ u kontroll li jintużaw f’installazzjonijiet industrijali (eż. panelli ta’ kontroll)

10.   DISPENSERS AWTOMATIĊI

Dispensers awtomatiċi għal xorb jaħraq
Dispensers awtomatiċi għal fliexken jew bottijiet jaħarqu jew kesħin
Dispensers awtomatiċi għal prodotti solidi
Dispensers awtomatiċi għall-flus
Kull apparat li jipprovdi kull tipi ta’ prodott b’mod awtomatiku
ANNESS III




ANNESS III

KATEGORIJI TA’ EEE KOPERTI MINN DIN ID-DIRETTIVA

1. Tagħmir li jibdel it-temperatura

2. Skrins, moniters, u tagħmir li fih skrins b’wiċċ akbar minn 100 cm2

3. Lampi

4. Tagħmir kbir (kwalunkwe dimensjoni esterna aktar minn 50 cm) inklużi, iżda mhux limitat għal:

Apparat domestiku; tagħmir ta’ IT u telekomunikazzjoni; tagħmir tal-konsumaturi; dwal; tagħmir li jirriproduċi ħsejjes jew immaġni, tagħmir mużikali; għodod elettriċi u elettroniċi; ġugarelli, tagħmir ta’ divertiment u sport; apparat mediku; strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll; dispensers awtomatiċi; tagħmir għall-ġenerazzjoni ta’ kurrenti elettriċi. Din il-kategorija ma tinkludix tagħmir inkluż fil-kategoriji minn 1 sa 3.

5. Tagħmir żgħir (bl-ebda dimensjoni esterna akbar minn 50 cm) inklużi, iżda mhux limitat għal:

Apparat domestiku; tagħmir tal-konsumaturi; dwal; tagħmir li jirriproduċi ħsejjes jew immaġni, tagħmir mużikali; għodod elettriċi u elettroniċi; ġugarelli, tagħmir ta’ divertiment u sport; apparat mediku; strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll; dispensers awtomatiċi; tagħmir għall-ġenerazzjoni ta’ kurrenti elettriċi. Din il-kategorija ma tinkludix tagħmir inkluż fil-kategoriji minn 1 sa 3 u 6.

6. Apparat żgħir tal-IT u t-telekomunikazzjoni (bl-ebda dimensjoni esterna akbar minn 50 cm).

ANNESS IV




ANNESS IV

Lista mhux eżawrjenti ta’ EEE li jaqgħu fil-Kategoriji elenkati fl-Anness III

1.   Tagħmir li jibdel it-temperatura

Refriġeraturi, friżi, tagħmir li jipprovdi prodotti kesħin b’mod awtomatiku, tagħmir tal-klimatizzazzjoni tal-arja, tagħmir deumidifikanti, pompi tas-sħana, radjaturi li fihom żejt u tagħmir ieħor li jibdel it-temperatura li juża fluwidi għajr l-ilma għat-tibdil tat-temperatura.

2.   Skrins, moniters, u tagħmir li fih skrins b’wiċċ akbar minn 100 cm2

Skrins, televiżjonijiet, kwadri tar-ritratti LCD, moniters, laptops, notebooks.

3.   Lampi

Lampi florexxenti dritti, lampi florexxenti kumpatti, lampi florexxenti, lampi bi skariku elettriku ta’ intensità għolja — inkluż lampi tas-sodju bi pressa u lampi alidi tal-metall, lampi tas-sodju bi pressa baxxa, LED.

4.   Tagħmir kbir

Magni tal-ħasil ta’ ħwejjeġ, dryers tal-ħwejjeġ, magni tal-ħasil tal-platti, cookers, stufi elettriċi, hot plates elettriċi, dwal, tagħmir li jirriproduċi ħsejjes jew immaġni, tagħmir mużikali (esklużi orgnijiet installati fi knejjes), apparat għall-ħdim tal-labar u l-insiġ, servers lokali kbar (mainframes), stampaturi kbar, tagħmir għall-ikkupjar, slot machines kbar, apparat mediku kbir, strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll kbar, apparat kbir li jipprovdi prodotti u flus b’mod awtomatiku, pannelli fotovoltajċi.

5.   Tagħmir żgħir

Vacuum cleaners, xkupi tat-twapet, apparat għall-ħjata, dwal, microwaves, tagħmir tal-ventilazzjoni, ħadid tal-mogħdija, towsters, skieken elettriċi, ktieli elettriċi, arloġġi u arloġġi tal-idejn, shavers elettriċi, imwieżen, apparat għall-kura tax-xagħar u l-kura tal-ġisem, kalkolaturi, settijiet tar-radju, vidjo kameras, vidjo rikorders, tagħmir hi-fi, strumenti tal-mużika, tagħmir li jirriproduċi ħsejjes jew immaġni, ġugarelli elettriċi u elettroniċi, tagħmir tal-isport, kompjuters għall-ġiri bir-rota, l-għadis, il-ġiri, il-qdif, eċċ., ditekters tad-duħħan, regolaturi tas-sħana, termostats, għodod elettriċi u elettroniċi żgħar, apparat mediku żgħir, strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll żgħar, apparat żgħir li jipprovdi prodotti b’mod awtomatiku, tagħmir żgħir b’pannelli fotovoltajċi integrati.

6.   Apparat żgħir tal-IT u t-telekomunikazzjoni (bl-ebda dimensjoni esterna akbar minn 50 cm)

Telefowns ċellulari, GPS, kalkolaturi tal-but, routers, kompjuters personali, printers, telefowns.

ANNESS V




ANNESS V

MIRI MINIMI GĦALL-IRKUPRU MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 11

Parti 1:   Miri minimi applikabbli skont il-kategorija mit-13 ta' Awwissu 2012 sal-14 ta' Awwissu 2015 b'referenza għall-kategoriji elenkati fl-Anness I.

(a) 

għall-WEEE li jaqa' fil-kategorija 1 jew 10 tal-Anness I,

— 
80 % għandu jiġi rkuprat, u
— 
75 % għandu jiġi rriċiklat;
(b) 

għall-WEEE li jaqa' fil-kategorija 3 jew 4 tal-Anness I,

— 
75 % għandu jiġi rkuprat, u
— 
65 % għandu jiġi rriċiklat;
(c) 

għall-WEEE li jaqa' fil-kategorija 2, 5, 6, 7, 8 jew 9 tal-Anness I,

— 
70 % għandu jiġi rkuprat, u
— 
50 % għandu jiġi rriċiklat;
(d) 

għal lampi bi skariku tal-gass, 80 % għandu jiġi rriċiklat.

Parti 2:   Miri minimi applikabbli mill-15 ta' Awwissu 2015 sal-14 ta' Awwissu 2018, b'referenza għall-kategoriji elenkati fl-Anness I.

(a) 

għall-WEEE li jaqa' fil-kategorija 1 jew 10 tal-Anness I,

— 
85 % għandu jiġi rkuprat, u
— 
80 % għandu jitħejja għall-użu mill-ġdid u jiġi rriċiklat;
(b) 

għall-WEEE li jaqa' fil-kategorija 3 jew 4 tal-Anness I,

— 
80 % għandu jiġi rkuprat, u
— 
70 % għandu jitħejja għall-użu mill-ġdid u jiġi rriċiklat;
(c) 

għall-WEEE li jaqa' fil-kategorija 2, 5, 6, 7, 8 jew 9 tal-Anness I,

— 
75 % għandu jiġi rkuprat, u
— 
55 % għandu jitħejja għall-użu mill-ġdid u jiġi rriċiklat;
(d) 

għal lampi bi skariku tal-gass, 85 % għandu jiġi rriċiklat.

Parti 3:   Miri minimi applikabbli mill-15 ta' Awwissu 2018 b'referenza għall-kategoriji elenkati fl-Anness III.

(a) 

għall-WEEE li jaqa' fil-kategorija 1 jew 4 tal-Anness III,

— 
85 % għandu jiġi rkuprat, u
— 
80 % għandu jitħejja għall-użu mill-ġdid u jiġi rriċiklat;
(b) 

għall-WEEE li jaqa' fil-kategorija 2 tal-Anness III,

— 
80 % għandu jiġi rkuprat, u
— 
70 % għandu jitħejja għall-użu mill-ġdid u jiġi rriċiklat;
(c) 

għall-WEEE li jaqa' fil-kategorija 5 jew 6 tal-Anness III,

— 
75 % għandu jiġi rkuprat, u
— 
55 % għandu jitħejja għall-użu mill-ġdid u jiġi rriċiklat;
(d) 

għall-WEEE li jaqa' fil-kategorija 3 tal-Anness III 80 % għandu jiġi rriċiklat.

ANNESS VI




ANNESS VI

IR-REKWIŻITI MINIMI GĦALL-VJEĠĠI

1. Sabiex issir distinzjoni bejn l-EEE u l-WEEE, fejn detentur ta’ oġġett jiddikjara li għandu l-intenzjoni li jġorr jew li qiegħed iġorr EEE użat iżda li mhux WEEE, L-Istati Membri għandhom jesiġu li d-detentur ikollu disponibbli dan li ġej biex isostni d-dikjarazzjoni:

(a) 

kopja tal-fattura u tal-kuntratt relatati mal-bejgħ u/jew mat-trasferiment tas-sjieda tal-EEE li jiddikjaraw li t-tagħmir huwa maħsub għal użu mill-ġdid dirett u li huwa kompletament funzjonali;

(b) 

evidenza tal-valutazzjoni jew l-ittestjar f'forma ta’ kopja tar-reġistri (ċertifikat tal-ittestjar, prova tal-funzjonalità) fuq kull oġġett fil-konsenja u protokoll li jkun fih it-tagħrif kollu tar-reġistri skont il-punt 3;

(c) 

dikjarazzjoni li tkun saret mid-detentur li jorganizza t-trasport tal-EEE li l-ebda materjal jew tagħmir fil-konsenja mhuwa skart kif iddefinit bl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/98/KE; u

(d) 

protezzjoni adatta kontra ħsara waqt it-trasportazzjoni, it-tagħbija u l-ħatt b'mod partikolari permezz ta’ imballaġġ suffiċjenti u arranġament adatt tat-tagħbija.

2. B'deroga, il-punt 1(a) u (b) u l-punt 3 ma japplikawx meta jkun iddokumentat bi provi konklużivi li l-vjeġġ ikun qiegħed isir fil-qafas ta’ ftehim ta’ trasferiment minn negozju għal ieħor u li:

(a) 

l-EEE jintbagħat lura lill-produttur jew lil parti terza li jaġixxu f'ismu bħala difettuż għat-tiswija taħt garanzija bl-intenzjoni tal-użu mill-ġdid; jew

(b) 

l-EEE għal użu professjonali użat jintbagħat lill-produttur jew lil parti terza li jaġixxu f'ismu jew faċilita' ta’ parti terza f'pajjiżi li għalihom tapplika d-Deċiżjoni C(2001)107/Finali tal-Kunsill OECD rigward ir-reviżjoni tad-Deċiżjoni C(92)39/Finali dwar il-kontroll ta’ movimenti transkonfinali ta’ skart destinat għal operazzjonijiet ta’ rkupru, għall-manutenzjoni jew it-tiswija skont kuntratt validu bl-intenzjoni tal-użu mill-ġdid; jew

(c) 

l-EEE għal użu professjonali difettuż użat, bħal apparat mediku jew il-partijiet tiegħu, jintbagħat lill-produttur jew lil parti terza li jaġixxu f'ismu għall-analiżi tal-kawża prinċipali skont kuntratt validu, f'każijiet fejn tali analiżi tista' titwettaq biss mill-produttur jew partijiet terzi li jaġixxu f'ismu.

3. Sabiex jintwera li l-oġġetti li qegħdin jinġarru jikkonstitwixxu EEE użat u mhux WEEE, l-Istati Membri għandhom jesiġu li jitwettqu l-passi li ġejjin għall-ittestjar u ż-żamma ta’ reġistri għal EEE:

Stadju 1: Ittestjar
(a) 

Il-funzjonalità għandha tiġi ttestjata u l-preżenza ta’ sustanzi perikolużi għandha tiġi vvalutata. It-testijiet li għandhom jitwettqu jiddependu mit-tip ta’ EEE. Għall-parti l-kbira tal-EEE test ta’ funzjonalità tal-funzjonijiet ewlenin huwa suffiċjenti.

(b) 

Ir-riżultati tal-evalwazzjoni u l-ittestjar għandhom jiġu rreġistrati.

Stadju 2: Reġistru
(a) 

Ir-reġistru għandu jitwaħħal b'mod sikur iżda mhux permanenti jew fuq EEE stess (jekk dan ma jkunx ippakkjat) jew fuq l-imballaġġ sabiex ikun jista' jinqara mingħajr ma jinfetaħ l-imballaġġ tat-tagħmir.

(b) 

Ir-reġistru għandu jinkludi t-tagħrif li ġej:

— 
isem l-oġġett (isem it-tagħmir jekk elenkat fl-Anness II jew l-Anness IV, skont il-każ, u l-kategorija elenkata fl-Anness I jew l-Anness III, skont il-każ),
— 
In-numru tal-identifikazzjoni tal-oġġett (Nru tat-tip) fejn applikabbli,
— 
is-sena tal-produzzjoni (jekk disponibbli),
— 
l-isem u l-indirizz tal-kumpanija responsabbli għall-evidenza tal-funzjonalità,
— 
ir-riżultati tat-testijiet kif deskritti fl-istadju 1 (inkluża d-data tat-test tal-funzjonalità),
— 
it-tip ta’ testijiet imwettqa.

4. Minbarra d-dokumentazzjoni mitluba fil-punti 1, 2 u 3, kull tagħbija (eż. kontenitur tal-ġarr, trakk) ta’ EEE użat għandha tkun akkumpanjata minn:

(a) 

dokument tat-trasport rilevanti, eż. CMR jew waybill;

(b) 

dikjarazzjoni tal-persuna responsabbli għaliha.

5. Fin-nuqqas ta’ prova li oġġett huwa tagħmir EEE użat u mhux WEEE permezz tad- dokumentazzjoni xierqa meħtieġa taħt il-punti 1, 2, 3 u 4 u fin-nuqqas ta’ protezzjoni xierqa kontra ħsara matul it-trasportazzjoni, it-tagħbija u l-ħatt b'mod partikolari permezz tal-imballaġġ suffiċjenti u arranġament adatt tat-tagħbija, li huma l-obbligi tad-detentur li jirranġa t-trasport, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jikkunsidraw li oġġett huwa WEEE u jippreżumu li t-tagħbija hija konsenja illegali. F'dawn iċ-ċirkostanzi t-tagħbija tiġi ttrattata skont l-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006.

ANNESS VII




ANNESS VII

Trattament selettiv għal materjali u komponenti ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku msemmi fl-Artikolu 8(2)

1. Bħala minimu, is-sustanzi, it-taħlitiet u l-komponenti li ġejjin għandhom jitneħħew minn kwalunkwe WEEE miġbur separatament:

— 
bifenili poliklorinati (PCB) li fihom capacitors skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/59/KE tas-16 ta’ Settembru 1996 dwar ir-rimi ta’ polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls [bifenili poliklorinati u terfenili poliklorinati] (PCB/PCT) ( 9 ),
— 
komponenti li fihom il-merkurju, bħal swiċċijiet jew bozoz tal-backlighting,
— 
batteriji,
— 
bords stampati ġeneralment ta’ ċirkwiti għat-telefowns ċellulari, u ta’ mezzi oħra jekk is-superfiċje tal-bord stampat taċ-ċirkwit tkun akbar minn 10 ċentimetri kwadri,
— 
toner cartridges, likwidi u paste, kif ukoll toner tal-kulur,
— 
plastik li fih retardanti brominati tan-nirien,
— 
skart tal-asbestos u komponenti li fihom l-asbestos,
— 
tubi tal-cathode-ray,
— 
klorofluworokarbonji (CFC), idroklorofluworokarbonji (HCFC) jew idrofluworokarbonji (HFC), idrokarbonji (HC),
— 
bozoz bi skariku tal-gass,
— 
skrins tal-kristalli likwidi (flimkien mal-casing tagħhom fejn ikun xieraq) ta’ superfiċje akbar minn 100 ċentrimetru kwadru u dawk back-lighted b'bozoz bi skariku tal-gass,
— 
kejbils esterni tal-elettriku,
— 
komponenti li fihom fibri taċ-ċeramika refrattorji kif deskritti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/69/KE tal-5 ta’ Diċembru 1997 li taddatta għall-progress tekniku għat-23 darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi ( 10 ),
— 
komponenti li fihom sustanzi radjuattivi bl-eċċezzjoni ta’ komponenti li huma taħt il-limiti ta’ eżenzjoni stipulati fl-Artikolu 3 ta’ u l-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta’ Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti ( 11 ),
— 
capacitators tal-elettroliti li fihom sustanzi preokkupanti (tul > 25 mm, dijametru > 25 mm jew volum proporzjonalment simili).

Dawn is-sustanzi, it-taħlitiet u l-komponenti għandhom jintremew jew jiġu rkuprati f'konformità mad-Direttiva 2008/98/KE.

2. Il-komponenti li ġejjin tal-WEEE li jinġabar separatament għandhom jiġu ttrattati kif indikat:

— 
tubi tal-cathode-ray: il-kisi florexxenti jrid jitneħħa,
— 
tagħmir li fih gassijiet li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew għandhom potenzjal ta’ tisħin globali (GWP) ogħla minn 15, bħal dawk li jkun hemm fil-fowm u ċ-ċirkwiti ta’ refriġerazzjoni: il-gassijiet għandhom jiġu estratti u ttrattati kif suppost. Il-gassijiet li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għandhom jiġu ttrattati skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009,
— 
bozoz bi skariku tal-gass: il-merkurju għandu jitneħħa.

3. Filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet ambjentali u possibilment issir preparazzjoni għall- użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, il-punti 1 u 2 għandhom jiġu applikati b'mod li ma tkunx imfixkla l-preparazzjoni favorevoli għall-ambjent għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ komponenti jew tagħmir sħiħ.

ANNESS VIII




ANNESS VIII

REKWIŻITI TEKNIĊI SKONT L-ARTIKOLU 8(3)

1. Siti għall-ħażna (inkluża l-ħażna temporanja) tal-WEEE qabel it-trattament tiegħu (mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f'terraferma) ( 12 ):

— 
superfiċji impermeabbli għal żoni xierqa bil-provvediment ta’ faċilitajiet ta’ ġbir ta’ tixrid u, fejn xieraq, reċipjenti tal-ħġieġ u oġġetti li jnaddfu u jneħħu ż-żejt,
— 
għata kontra l-elementi tat-temp għal żoni xierqa.

2. Siti għat-trattament tal-WEEE:

— 
imwieżen biex jitkejjel il-piż tal-iskart trattat,
— 
superfiċji impermeabbli u għatat kontra l-elementi tat-temp għal żoni xierqa bil-provvediment ta’ faċilitajiet ta’ ġbir ta’ tixrid u fejn xieraq, reċipjenti tal-ħġieġ u oġġetti li jnaddfu u jneħħu ż-żejt,
— 
ħżin xieraq għal spare parts żarmati,
— 
kontenituri xierqa għall-ħażna ta’ batteriji, PCBs/PCTs li jkun fihom capacitors u skart perikoluż ieħor bħal skart radjuattiv,
— 
tagħmir għat-trattament tal-ilma f'konformità mar-regolamenti tas-saħħa u tal-ambjent.
ANNEX IX




ANNEX IX

SYMBOL FOR THE MARKING OF EEE

The symbol indicating separate collection for EEE consists of the crossed-out wheeled bin, as shown below. The symbol must be printed visibly, legibly and indelibly.

image
ANNESS X




ANNESS X

TAGĦRIF GĦAR-REĠISTRAZZJONI U R-RAPPURTAR IMSEMMI FL-ARTIKOLU 16

A.    Tagħrif li għandu jiġi ppreżentat mar-reġistrazzjoni:

1. 

Isem u indirizz tal-produttur jew tar-rappreżentant awtorizzat fejn appuntat taħt l-Artikolu 17 (kodiċi postali u post, isem tat-triq u numru, il-pajjiż, in-numru tat-telefown u tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika, kif ukoll persuna ta’ kuntatt). Fil-każ ta’ rappreżentant awtorizzat kif definit fl-Artikolu 17, anki d-dettalji ta’ kuntatt tal-produttur li qed jiġi rrappreżentat.

2. 

Kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-produttur, inkluż in-numru Ewropew tat-tassazzjoni jew in-numru nazzjonali tat-tassazzjoni tal-produttur.

3. 

Kategorija ta’ EEE elenkata fl-Anness I jew III, skont il-każ.

4. 

Tip ta’ EEE (domestiku jew għajr tagħmir domestiku).

5. 

Isem tal-marka ta’ EEE.

6. 

Tagħrif dwar kif il-produttur jirrispetta r-responsabbiltajiet tiegħu; skema individwali jew kollettiva, inkluż tagħrif dwar il-garanzija finanzjarja.

7. 

Teknika ta’ bejgħ użata (eż. bejgħ mill-bogħod).

8. 

Dikjarazzjoni li t-tagħrif ipprovdut huwa veru.

B.    Tagħrif li għandu jiġi ppreżentat għar-rappurtar:

1. 

Kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-produttur.

2. 

Perjodu ta’ rappurtar.

3. 

Kategorija ta’ EEE elenkata fl-Anness I jew l-Anness III, skont il-każ.

4. 

Kwantità ta’ EEE li jitqiegħed fuq is-suq nazzjonali, skont il-piż.

5. 

Kwantità, skont il-piż, ta’ skart ta’ EEE miġbur separatament, riċiklat (inkluż dak preparat għall-użu mill-ġdid), irkuprat u mormi fl-Istat Membru jew li jinġarr ġewwa jew barra l-Unjoni.

Nota: it-tagħrif li jinsab fil-punti 4 u 5 għandu jingħata skont il-kategorija.

ANNEX XI




ANNEX XI

PART A



Repealed Directive with its successive amendments

(referred to in Article 25)

Directive 2002/96/EC on waste electrical and electronic equipment (WEEE)

(OJ L 37, 13.2.2003, p. 24)

Directive 2003/108/EC of the European Parliament and of the Council

(OJ L 345, 31.12.2003, p. 106)

Directive 2008/34/EC of the European Parliament and of the Council

(OJ L 81, 20.3.2008, p. 65)

PART B



List of time limits for transposition into national law

(referred to in Article 25)

Directive

Deadline for transposition

2002/96/EC

13 August 2004

2003/108/EC

13 August 2004

2008/34/EC

—

ANNEX XII




ANNEX XII



CORRELATION TABLE

Directive 2002/96/EC

This Directive

Article 1

—

—

Article 1

Article 2(1)

Article 2(1)

Article 2(2)

Article 2(2)

Article 2(3)

Article 2(3)(a)

Article 2(1) (partly)

Article 2(3)(b)

Annex IB, point 5, last item

Article 2(3)(c)

Annex IB, point 8

Article 2(4)(g)

—

Article 2(4)(a) to (f) and 2(5)

Article 3(a)

Article 3(1)(a)

—

Article 3(1)(b) to (d)

Article 3(b)

Article 3(1)(e)

Article 3(c) to (h)

Article 3(2)

Article 3(i)

Article 3(1)(f)

Article 3(j)

Article 3(1)(g)

Article 3(k)

Article 3(1)(h)

Article 3(l)

—

Article 3(m)

Article 3(1)(i)

—

Article 3(1)(j) to (o)

Article 4

Article 4

Article 5(1) to (2)

Article 5(1) to (2)

—

Article 5(3) to (4)

Article 5(3)

Article 5(5)

—

Article 6(1)

Article 5(4)

Article 6(2)

Article 5(5)

Article 7(1) and (2)

—

Article 8(1)

Article 6(1), first and second subparagraphs, and (3)

Article 8(2), (3) and (4)

Annex II(4)

Article 8(4), second subparagraph, first sentence

Article 6(1), third subparagraph

Article 8(5)

Article 6(6)

Article 8(6)

Article 6(2)

Article 9(1) and (2)

Article 6(4)

Article 9(3)

Article 6(5)

Article 10(1) and (2)

—

Article 10(3)

Article 7(1)

—

Article 7(2)

Article 11(1) and Annex V

—

Article 11(2)

—

Article 11(3)

Article 7(3), first subparagraph

Article 11(4)

Article 7(3), second subparagraph

—

Article 7(4)

—

Article 7(5)

Article 11(5)

—

Article 11(6)

Article 8(1)

Article 12(1)

—

Article 12(2)

Article 8(2), first and second subparagraphs

Article 12(3)

Article 8(2), third subparagraph

Article 14(1) (partly)

Article 8(3), first subparagraph

Article 12(4)

—

Article 12(5)

Article 8(3), second subparagraph

Article 14(1) (partly)

Article 8(4)

—

Article 9(1), first subparagraph

Article 13(1), first subparagraph

Article 9(1), second subparagraph

—

Article 9(1), third subparagraph

Article 13(1), second subparagraph

Article 9(1), fourth subparagraph

Article 13(1), third subparagraph

Article 9(2)

Article 13(2)

Article 10(1)

Article 14(2)

Article 10(2)

Article 14(3)

Article 10(3)

Article 14(4)

Article 10(4)

Article 14(5)

Article 11

Article 15

Article 12(1) (partly)

Article 16(1) to (3)

Article 12(1), first subparagraph (partly)

Article 16(4)

Article 12(1), second subparagraph

Article 16(1) and (2) and Article 17(2) and (3)

Article 12(1), third subparagraph

Article 16(3) and (5)

—

Article 17(1)

Article 12(1), fourth subparagraph

Article 18

Article 12(2)

Article 16(5)

Article 13

Article 19

—

Article 20

Article 14

Article 21

Article 15

Article 22

Article 16

Article 23(1)

—

Article 23(2) to (4)

Article 17(1) to (3)

Article 24(1) to (3)

Article 17(4)

Article 7(3)

Article 17(5)

Article 7(4) to (7), Article 11(6) and Article 12(6)

—

Article 25

Article 18

Article 26

Article 19

Article 27

Annex IA

Annex I

Annex IB

Annex II

—

Annexes III, IV and VI

Annexes II to IV

Annexes VII to IX

—

Annexes X and XI

—

Annex XII

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012L0019
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.