|
+Artikolu 5 2. |
Artikolu 5 2.Għall-WEEE minn djar privati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a)
jitwaqqfu sistemi li jippermettu li d-detenturi finali u distributuri jirritornaw skart ta’ dan it-tip għall-inqas mingħajr ħlas. L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-faċilitajiet meħtieġa għall-ġbir, filwaqt li jqisu b'mod partikolari d-densità tal-popolazzjoni;
(b)
meta jipprovdu prodott ġdid, id-distributuri huma responsabbli li jiżguraw li skart ta’ dan it-tip jista' jiġi rritornat lid-distributur għall-inqas mingħajr ħlas fuq bażi ta’ wieħed għal wieħed sakemm it-tagħmir ikun ta’ tip ekwivalenti u jkollu l-istess funzjonijiet tat-tagħmir ipprovvdut. L-Istati Membru jistgħu jidderogaw minn din id-dispożizzjoni sakemm jiżguraw li r-ritorn tal-WEEE ma jsirx permezz ta’ dan aktar diffiċli għad-detentur finali u li jibqa' mingħajr ħlas għad-detentur finali. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-deroga għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan;
(c)
id-distributuri jipprovdu għall-ġbir, fil-ħwienet ta’ bejgħ bl-imnut b'żoni ta’ bejgħ relatati mal-EEE ta’ mill-inqas 400 m2, jew fil-prossimità immedjata tagħhom, ta’ WEEE żgħir ħafna (fejn id-dimensjoni esterna ma taqbiżx 25 cm) mingħajr ħlas għall-utenti finali u mingħajr obbligu li jixtru EEE ta’ tip ekwivalenti, sakemm valutazzjoni ma turix li skemi ta’ ġbir alternattivi eżistenti aktarx ikunu għall-inqas ugwalment effettivi. Valutazzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku. Il-WEEE miġbur għandu jiġi trattat b'mod xieraq f'konformità mal-Artikolu 8;
(d)
mingħajr preġudizzju għall-punti (a), (b) u (c), il-produtturi huma permessi jistabbilixxu u joperaw sistemi ta’ teħid lura individwali u/jew kollettivi għall-WEEE minn djar privati sakemm dawn ikunu skont l-għanijiet ta’ din id-Direttiva;
(e)
b'kunsiderazzjoni għall-istandards ta’ saħħa u sikurezza nazzjonali u tal-Unjoni, il-WEEE li jippreżenta riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-persunal minħabba l-kontaminazzjoni jista' jiġi rrifjutat għar-ritorn skont (a), (b) u (c). L-Istati Membri għandhom jagħmlu arranġamenti speċifiċi għal dan it-tip ta’ WEEE. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal arranġamenti speċifiċi għar-ritorn tal-WEEE skont il-punti (a), (b) u (c) għal każijiet fejn it-tagħmir ma jinkludix il-komponenti essenzjali tiegħu jew jekk it-tagħmir jinkludi skart ieħor għajr WEEE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|