+Artikolu 5 Ġbir separat
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
|
Artikolu 5 Ġbir separat
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa biex jimminimizzaw ir-rimi tal-WEEE f'forma ta’ skart muniċipali mhux isseparat, biex jiġi żgurat it-trattament korrett tal-WEEE kollu miġbur u biex jinkiseb livell għoli ta’ ġbir separat tal-WEEE, notevolment, u bħala prijorità, għal tagħmir ta’ tkessiħ u ffriżar li fih sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u gassijiet serra flworinati, għal bozoz li għandhom il-merkurju, pannelli fotovoltajċi u tagħmir żgħir kif imsemmi fil-kategoriji 5 u 6 tal-Anness III.
|
|
Artikolu 5 2.
|
Għall-WEEE minn djar privati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a)
jitwaqqfu sistemi li jippermettu li d-detenturi finali u distributuri jirritornaw skart ta’ dan it-tip għall-inqas mingħajr ħlas. L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-faċilitajiet meħtieġa għall-ġbir, filwaqt li jqisu b'mod partikolari d-densità tal-popolazzjoni;
(b)
meta jipprovdu prodott ġdid, id-distributuri huma responsabbli li jiżguraw li skart ta’ dan it-tip jista' jiġi rritornat lid-distributur għall-inqas mingħajr ħlas fuq bażi ta’ wieħed għal wieħed sakemm it-tagħmir ikun ta’ tip ekwivalenti u jkollu l-istess funzjonijiet tat-tagħmir ipprovvdut. L-Istati Membru jistgħu jidderogaw minn din id-dispożizzjoni sakemm jiżguraw li r-ritorn tal-WEEE ma jsirx permezz ta’ dan aktar diffiċli għad-detentur finali u li jibqa' mingħajr ħlas għad-detentur finali. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-deroga għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan;
(c)
id-distributuri jipprovdu għall-ġbir, fil-ħwienet ta’ bejgħ bl-imnut b'żoni ta’ bejgħ relatati mal-EEE ta’ mill-inqas 400 m2, jew fil-prossimità immedjata tagħhom, ta’ WEEE żgħir ħafna (fejn id-dimensjoni esterna ma taqbiżx 25 cm) mingħajr ħlas għall-utenti finali u mingħajr obbligu li jixtru EEE ta’ tip ekwivalenti, sakemm valutazzjoni ma turix li skemi ta’ ġbir alternattivi eżistenti aktarx ikunu għall-inqas ugwalment effettivi. Valutazzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku. Il-WEEE miġbur għandu jiġi trattat b'mod xieraq f'konformità mal-Artikolu 8;
(d)
mingħajr preġudizzju għall-punti (a), (b) u (c), il-produtturi huma permessi jistabbilixxu u joperaw sistemi ta’ teħid lura individwali u/jew kollettivi għall-WEEE minn djar privati sakemm dawn ikunu skont l-għanijiet ta’ din id-Direttiva;
(e)
b'kunsiderazzjoni għall-istandards ta’ saħħa u sikurezza nazzjonali u tal-Unjoni, il-WEEE li jippreżenta riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-persunal minħabba l-kontaminazzjoni jista' jiġi rrifjutat għar-ritorn skont (a), (b) u (c). L-Istati Membri għandhom jagħmlu arranġamenti speċifiċi għal dan it-tip ta’ WEEE.
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal arranġamenti speċifiċi għar-ritorn tal-WEEE skont il-punti (a), (b) u (c) għal każijiet fejn it-tagħmir ma jinkludix il-komponenti essenzjali tiegħu jew jekk it-tagħmir jinkludi skart ieħor għajr WEEE.
|
|
Artikolu 5 3.
|
L-Istati Membri jistgħu jinnominaw l-operaturi li jistgħu jiġbru l-WEEE minn djar privati kif imsemmi fil-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 5 4.
|
L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li WEEE ddepożitat f'faċilitajiet ta’ ġbir kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 3 jiġi mgħoddi lil produtturi jew partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom jew jiġi mgħoddi, għall-finijiet ta’ preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, lil stabbilimenti jew intrapriżi nnominati.
|
|
Artikolu 5 5.
|
Fil-każ ta’ WEEE ieħor għajr WEEE minn djar privati, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li produtturi jew partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom jipprovdu għall-ġbir ta’ skart ta’ dan it-tip.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012L0019
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|