+Artikolu 11 Il-miri tal-irkupru
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 11 6.
|
Artikolu 11 Il-miri tal-irkupru
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
Fir-rigward tal-WEEE kollu miġbur separatament skont l-Artikolu 5 u mibgħut għat-trattament skont l-Artikoli 8, 9 u 10, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi jilħqu l-miri minimi stabbiliti fl-Anness V.
|
|
Artikolu 11 2.
|
Għandu jsir kalkolu ta’ kemm intlaħqu l-miri, għal kull kategorija, billi jiġi diviż il-piż tal-WEEE li jidħol fil-faċilità tal-irkupru jew riċiklaġġ jew fil-faċilità tal-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, wara trattament adatt f'konformità mal-Artikolu 8(2) fir-rigward tal-irkupru jew riċiklaġġ, bil-piż tal-WEEE kollu miġbur separatament, għal kull kategorija, u dan jiġi espress bħala persentaġġ. L-attivitajiet preliminari inkluż it-tqassim u l-ħżin qabel l-irkupru ma għandhomx jgħoddu għall-kisba ta’ dawn il-miri.
|
|
Artikolu 11 3.
|
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista', tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli addizzjonali dwar il-metodi ta’ kalkolu għall-applikazzjoni tal-miri minimi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 21(2).
|
|
Artikolu 11 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sabiex jiġu kkalkulati dawn il-miri, il-produtturi jew il-partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom għandhom iżommu reġistri dwar il-piż tal-WEEE, il-komponenti, il-materjali jew is-sustanzi tagħhom meta jitilqu (output) mill-faċilità ta’ ġbir, jidħlu (input) u joħorġu (output) mill-faċilitijiet ta’ trattament u meta jidħlu (input) fil-faċilità ta’ rkupru jew riċiklaġġ/preparazzjoni għall-użu mill-ġdid. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li, għall-finijiet tal-paragrafu 6, jinżammu rekords dwar il-piż ta’ prodotti u materjali meta jitilqu (output) mill-faċilità ta’ rkupru jew riċiklaġġ/preparazzjoni għall-faċilità tal-użu mill-ġdid.
|
|
Artikolu 11 5.
|
L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda ta’ rkupru, riċiklaġġ u trattament.
|
|
Artikolu 11 6.
|
Abbażi ta’ rapport tal-Kummissjoni akkumpanjat, jekk ikun il-każ, minn proposta leġiżlattiva, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, sal-14 ta’ Awwissu 2016, jeżaminaw mill-ġdid il-miri għall-irkupru msemmija fl-Anness V, Parti 3, jeżaminaw il-possibbiltà li jiġu stabbiliti miri separati għall-WEEE li għandu jiġi ppreparat għall-użu mill-ġdid u jeżaminaw mill-ġdid il-metodu ta’ kalkolu msemmi fil-paragrafu 2 bil-ħsieb li tiġi analizzata il-fattibbiltà li jiġu stabbiliti miri abbażi ta’ prodotti u materjali li jirriżultaw (output) mill-proċessi tal-irkupru, riċiklaġġ u preparazzjoni għall-użu mill-ġdid.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012L0019
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|