+Artikolu 12 Finanzjament tal-WEEE minn djar privati
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
---+Artikolu 12 6.
|
Artikolu 12 Finanzjament tal-WEEE minn djar privati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi jipprevedu minn tal-inqas il-finanzjament tal-ispejjeż għall-ġbir, it-trattament, l-irkupru u r-rimi li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent tal-WEEE minn djar privati li jkun ġie ddepożitat f’faċilitajiet ta’ ġbir imwaqqfa skont l-Artikolu 5(2) kif ġej:
(a)
għall-WEEE li jirriżulta mill-EEE msemmi fl-Artikolu 2(1), il-punt (a), għajr il-pannelli fotovoltajċi, fejn tali EEE jkun tqiegħed fis-suq wara t-13 ta’ Awwissu 2005;
(b)
għall-WEEE li jirriżulta minn pannelli fotovoltajċi fejn tali pannelli fotovoltajċi jkunu tqiegħdu fis-suq mit-13 ta’ Awwissu 2012; u
(c)
għall-WEEE li jirriżulta mill-EEE msemmi fl-Artikolu 2(1), il-punt (b), u li ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2(1), il-punt (a), fejn tali EEE jkun tqiegħed fis-suq mill-15 ta’ Awwissu 2018.
|
|
Artikolu 12 2.
|
L-Istati Membri jistgħu, fejn xieraq, jinkoraġġixxu lill-produtturi jiffinanzjaw ukoll l-ispejjeż li jirriżultaw għall-ġbir tal-WEEE mid-djar privati lejn faċilitajiet ta’ ġbir.
|
|
Artikolu 12 3.
|
Kull produttur għandu jkun responsabbli għall-finanzjament tal-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 relatati mal-iskart iġġenerat mill-prodotti tiegħu stess. Il-produttur jista’ jagħżel li jissodisfa dan l-obbligu jew individwalment jew billi jingħaqad ma’ skema kollettiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull produttur jipprovdi garanzija meta jqiegħed prodott fis-suq li tkun turi li l-ġestjoni tal-WEEE kollu se tiġi ffinanzjata u għandhom jiżguraw li l-produtturi jimmarkaw il-prodotti tagħhom b'mod ċar skont l-Artikolu 15(2). L-għan ta’ din il-garanzija huwa li tiżgura li l-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 li għandhom x'jaqsmu ma’ dan il-prodott jiġu ffinanzjati. Il-garanzija tista' tieħu l-forma ta’ parteċipazzjoni mill-produttur fi skemi xierqa għall-finanzjament tal-ġestjoni tal-WEEE, assigurazzjoni ta’ riċiklaġġ jew kont tal-bank ibblokkat.
|
|
Artikolu 12 4.
|
Ir-responsabbiltà għall-finanzjament tal-ispejjeż tal-ġestjoni tal-WEEE minn prodotti msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (a), għajr pannelli fotovoltajċi, imqiegħda fis-suq fit-13 ta’ Awwissu 2005 jew qabel (“skart storiku”) għandha tiġġarrab minn sistema waħda jew aktar li l-produtturi kollha li jkunu jeżistu fis-suq meta jseħħu l-ispejjeż rispettivi jikkontribwixxu b’mod proporzjonat, pereżempju bi proporzjon għas-sehem rispettiv tagħhom fis-suq skont it-tip ta’ tagħmir.
|
|
Artikolu 12 5.
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li jiġu żviluppati mekkaniżmi adatti jew proċeduri ta’ rifużjoni għar-rimborż ta’ kontributi lill-produtturi fejn EEE jiġi trasferit għat-tqegħid fis-suq barra mit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat. Dawn il-mekkaniżmi jew proċeduri jistgħu jiġu żviluppati minn produtturi jew partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom.
|
|
Artikolu 12 6.
|
Il-Kummissjoni hija mistiedna tirrapporta sal-14 ta’ Awwissu 2015 dwar il-possibbiltà li jiġu żviluppati kriterji biex jiġu inkorporati l-ispejjeż reali ta’ tmiem il-ħajja fil-finanzjament tal-WEEE mill-produtturi, u biex tissottometti proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jekk ikun xieraq.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012L0019
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|