|
+Artikolu 13 1. |
Artikolu 13 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-finanzjament tal-ispejjeż għall-ġbir, it-trattament, l-irkupru u r-rimi li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent tal-WEEE minn utenti għajr djar privati għandu jiġi pprovdut mill-produtturi kif ġej:
(a)
għall-WEEE li jirriżulta mill-EEE msemmi fl-Artikolu 2(1), il-punt (a), għajr il-pannelli fotovoltajċi, fejn tali EEE jkun tqiegħed fis-suq wara t-13 ta’ Awwissu 2005;
(b)
għall-WEEE li jirriżulta minn pannelli fotovoltajċi fejn tali pannelli fotovoltajċi jkunu tqiegħdu fis-suq mit-13 ta’ Awwissu 2012; u
(c)
għall-WEEE li jirriżulta mill-EEE msemmi fl-Artikolu 2(1), il-punt (b), u li ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2(1), il-punt (a), fejn tali EEE jkun tqiegħed fis-suq mill-15 ta’ Awwissu 2018. Għall-iskart storiku mill-EEE msemmi fl-Artikolu 2(1), il-punt (a), għajr il-pannelli fotovoltajċi, li jkunu qed jiġu sostitwiti bi prodotti ekwivalenti ġodda jew bi prodotti ġodda li jaqdu l-istess funzjoni, il-finanzjament tal-ispejjeż għandu jiġi pprovdut mill-produtturi ta’ dawk il-prodotti meta jkunu qed ifornuhom. L-Istati Membri jistgħu, alternattivament, jistipulaw li l-utenti għajr id-djar privati jsiru wkoll responsabbli, parzjalment jew totalment, għal dak il-finanzjament. Għal skart storiku ieħor mill-EEE msemmi fl-Artikolu 2(1), il-punt (a), għajr il-pannelli fotovoltajċi, il-finanzjament tal-ispejjeż għandu jiġi pprovdut mill-utenti għajr djar privati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|