+Artikolu 13 Finanzjament tal-WEEE minn utenti għajr djar privati
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
|
Artikolu 13 Finanzjament tal-WEEE minn utenti għajr djar privati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-finanzjament tal-ispejjeż għall-ġbir, it-trattament, l-irkupru u r-rimi li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent tal-WEEE minn utenti għajr djar privati għandu jiġi pprovdut mill-produtturi kif ġej:
(a)
għall-WEEE li jirriżulta mill-EEE msemmi fl-Artikolu 2(1), il-punt (a), għajr il-pannelli fotovoltajċi, fejn tali EEE jkun tqiegħed fis-suq wara t-13 ta’ Awwissu 2005;
(b)
għall-WEEE li jirriżulta minn pannelli fotovoltajċi fejn tali pannelli fotovoltajċi jkunu tqiegħdu fis-suq mit-13 ta’ Awwissu 2012; u
(c)
għall-WEEE li jirriżulta mill-EEE msemmi fl-Artikolu 2(1), il-punt (b), u li ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2(1), il-punt (a), fejn tali EEE jkun tqiegħed fis-suq mill-15 ta’ Awwissu 2018.
Għall-iskart storiku mill-EEE msemmi fl-Artikolu 2(1), il-punt (a), għajr il-pannelli fotovoltajċi, li jkunu qed jiġu sostitwiti bi prodotti ekwivalenti ġodda jew bi prodotti ġodda li jaqdu l-istess funzjoni, il-finanzjament tal-ispejjeż għandu jiġi pprovdut mill-produtturi ta’ dawk il-prodotti meta jkunu qed ifornuhom. L-Istati Membri jistgħu, alternattivament, jistipulaw li l-utenti għajr id-djar privati jsiru wkoll responsabbli, parzjalment jew totalment, għal dak il-finanzjament. Għal skart storiku ieħor mill-EEE msemmi fl-Artikolu 2(1), il-punt (a), għajr il-pannelli fotovoltajċi, il-finanzjament tal-ispejjeż għandu jiġi pprovdut mill-utenti għajr djar privati.
|
|
Artikolu 13 2.
|
Produtturi u utenti għajr djar privati jistgħu, mingħajr preġudizzju għal din id-Direttiva, jikkonkludu ftehimiet li jistipulaw metodi oħra ta’ finanzjament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012L0019
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|