+Artikolu 14 Tagħrif għall-utenti
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 14 5.

Artikolu 14 Tagħrif għall-utenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1.
L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-produtturi juru lix-xerrejja, waqt il-bejgħ ta’ prodotti ġodda, l-ispejjeż tal-ġbir, it-trattament u r-rimi li jsiru b'mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent. L-ispejjeż imsemmija ma għandhomx jaqbżu l-aħjar stima tal-ispejjeż imġarrba realment.
Artikolu 14 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li utenti ta’ EEE fi djar privati jingħataw it-tagħrif meħtieġ dwar:

(a) 

ir-rekwiżit li l-WEEE ma jintremiex bħala skart muniċipali mhux isseparat u biex WEEE ta’ dan it-tip jinġabar separatament;

(b) 

is-sistemi ta’ ritorn u ġbir disponibbli għalihom, bl-inkoraġġiment tal-koordinazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-punti ta’ ġbir disponibbli, irrispettivament mill-produtturi jew operaturi oħra li waqqfuhom;

(c) 

ir-rwol tagħhom li jikkontribwixxu għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u tipi oħra ta’ rkupru tal-WEEE;

(d) 

l-effetti potenzjali fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem li jirriżultaw mill-preżenza ta’ sustanzi perikolużi f'EEE;

(e) 

it-tifsira tas-simbolu muri fl-Anness IX.

Artikolu 14 3.
L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa sabiex il-konsumaturi jipparteċipaw fil-ġbir tal-WEEE u jinkoraġġuhom sabiex jiffaċilitaw il-proċess ta’ użu mill-ġdid, trattament u rkupru.
Artikolu 14 4.
Bil-għan li jiġi mminimizzat ir-rimi tal-WEEE bħala skart muniċipali mhux isseparat u biex jiġi ffaċilitat il-ġbir separat tiegħu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi jimmarkaw kif xieraq — preferibbilment f’konformità mal-istandard Ewropew EN 50419:2022 — l-EEE mqiegħed fis-suq bis-simbolu muri fl-Anness IX. F’każijiet eċċezzjonali, fejn dan ikun neċessarju minħabba d-daqs jew il-funzjoni tal-prodott, is-simbolu għandu jiġi stampat fuq l-imballaġġ, fuq l-istruzzjonijiet għall-użu u fuq il-garanzija tal-EEE.
Artikolu 14 5.
L-Istati Membri jistgħu jesiġu li xi tagħrif jew it-tagħrif kollu msemmi fil-paragrafi 2, 3 u 4 għandu jiġi pprovdut mill-produtturi u/jew id-distributuri, eż. fl-istruzzjonijiet għall-użu, fil-punt tal-bejgħ jew permezz ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni għall-pubbliku.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012L0019
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.