+Artikolu 23 Ispezzjoni u monitoraġġ
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.
|
Artikolu 23 Ispezzjoni u monitoraġġ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1.
|
L-Istati Membri għandhom iwettqu ispezzjonijiet u monitoraġġ adegwati sabiex jivverifikaw l-implimentazzjoni kif suppost ta’ din id-Direttiva. Dawk l-ispezzjonijiet għandhom tal-anqas ikopru:
(a)
informazzjoni rappurtata fil-qafas tar-reġistru tal-produtturi;
(b)
vjeġġi, b'mod partikolari l-esportazzjonijiet tal-WEEE lil hinn mill-Unjoni f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u r-Regolament (KE) Nru 1418/2007; u
(c)
l-operazzjonijiet fil-faċilitajiet ta’ trattament skont id-Direttiva 2008/98/KE u l-Anness VII ta’ din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 23 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vjeġġi ta’ EEE użat suspettat li hu WEEE jsiru skont ir-rekwiżiti minimi fl-Anness VI u għandhom jissorveljaw dawn il-vjeġġi kif meħtieġ.
|
|
Artikolu 23 3.
|
L-ispejjeż tal-analiżijiet u l-ispezzjonijiet adatti, inklużi l-ispejjeż tal-ħżin, ta’ EEE użat issuspettat li hu WEEE, jistgħu jintalbu mill-produttur, lil partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom jew lil persuni oħrajn li jagħmlu l-arranġamenti għall-vjeġġi ta’ EEE użat issuspettat li huwa WEEE.
|
|
Artikolu 23 4.
|
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu u tal-Anness VI, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli addizzjonali dwar l-ispezzjonijiet u l-monitoraġġ u b'mod partikolari kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Anness VI, punt 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 21(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012L0019
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|