+Artikolu 24 Traspożizzjoni
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.
|
Artikolu 24 Traspożizzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 24 1.
|
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-14 ta’ Frar 2014. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni. Meta Stati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li r-referenzi fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-direttivi mħassra b'din id-Direttiva għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali referenza u kif għandha tiġi fformulata t-tali dikjarazzjoni.
|
|
Artikolu 24 2.
|
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 24 3.
|
L-Istati Membri jistgħu jittrasponu d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(6), l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 15 permezz ta’ ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti u s-setturi ekonomiċi kkonċernati sakemm jinkisbu l-għanijiet stipulati b'din id-Direttiva. Dawn il-ftehimiet għandhom jilħqu r-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
il-ftehimiet għandhom ikunu infurzabbli;
(b)
il-ftehimiet għandhom jispeċifikaw l-għanijiet bl-iskadenzi korrispondenti;
(c)
il-ftehimiet għandhom jiġu ppubblikati fil-ġurnal uffiċjali nazzjonali jew dokument uffiċjali li huwa aċċessibbli għall-pubbliku bl-istess mod u kkomunikati lill-Kummissjoni;
(d)
ir-riżultati miksuba għandhom jiġu mmonitorjati regolarment, irrappurtati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni u jsiru disponibbli għall-pubbliku skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehim;
(e)
l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-progress miksub skont il-ftehim jiġi eżaminat;
(f)
fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-ftehim l-Istati Membri għandhom jimplimentaw id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva permezz ta’ miżuri leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012L0019
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|