|
+Artikolu 24a 2. |
Artikolu 24a 2.Fil-valutazzjoni tal-impatt imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra, b’mod partikolari, il-ħtieġa għal:
(a)
dispożizzjonijiet li jiżguraw b’mod speċifiku li l-prinċipju taċ-ċertezza legali jiġi rispettat u li ma jkun hemm l-ebda effett retroattiv mhux ġustifikat fi kwalunkwe Stat Membru;
(b)
dispożizzjonijiet li jiżguraw l-implimentazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE;
(c)
dispożizzjonijiet li jiżguraw li ċ-ċittadini u l-konsumaturi ma jitgħabbewx bi spejjeż sproporzjonati, f’konformità mal-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”;
(d)
dispożizzjonijiet li jiżguraw l-implimentazzjoni u l-infurzar sħaħ ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari fir-rigward ta’ miri tal-ġbir adegwati, kif ukoll fir-rigward tal-prevenzjoni tal-kummerċ illegali tal-WEEE;
(e)
il-ħolqien ta’ kategorija ġdida ta’ EEE għall-“pannelli fotovoltajċi” skont din id-Direttiva bil-għan li l-pannelli fotovoltajċi jiġu diżassoċjati mill-kategorija 4 eżistenti tal-EEE, “tagħmir kbir”, kif imsemmi fl-Annessi III u IV, u l-kalkolu tal-miri tal-ġbir abbażi tal-iskart minn pannelli fotovoltajċi disponibbli għall-ġbir fuq il-bażi tal-ħajja mistennija tagħhom, aktar milli tal-kwantità ta’ prodotti mqiegħda fis-suq;
(f)
l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu maħsub biex jiżgura li, f’każ ta’ falliment jew likwidazzjoni tal-produttur, l-ispejjeż futuri tal-ġbir, it-trattament, l-irkupru u r-rimi li ma jagħmilx ħasara lill-ambjent ta’ skart minn pannelli fotovoltajċi kemm minn djar privati kif ukoll minn utenti għajr djar privati jkunu finanzjarjament koperti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|