+Artikolu 24a Rieżami
---+Artikolu 24a 1.
---+Artikolu 24a 2.

Artikolu 24a Rieżami

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 24a 1.
Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa ta’ reviżjoni ta’ din id-Direttiva u, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva f’dak ir-rigward, akkumpanjata minn valutazzjoni approfondita tal-impatt soċjoekonomiku u ambjentali.
Artikolu 24a 2.

Fil-valutazzjoni tal-impatt imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra, b’mod partikolari, il-ħtieġa għal:

(a) 

dispożizzjonijiet li jiżguraw b’mod speċifiku li l-prinċipju taċ-ċertezza legali jiġi rispettat u li ma jkun hemm l-ebda effett retroattiv mhux ġustifikat fi kwalunkwe Stat Membru;

(b) 

dispożizzjonijiet li jiżguraw l-implimentazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE;

(c) 

dispożizzjonijiet li jiżguraw li ċ-ċittadini u l-konsumaturi ma jitgħabbewx bi spejjeż sproporzjonati, f’konformità mal-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”;

(d) 

dispożizzjonijiet li jiżguraw l-implimentazzjoni u l-infurzar sħaħ ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari fir-rigward ta’ miri tal-ġbir adegwati, kif ukoll fir-rigward tal-prevenzjoni tal-kummerċ illegali tal-WEEE;

(e) 

il-ħolqien ta’ kategorija ġdida ta’ EEE għall-“pannelli fotovoltajċi” skont din id-Direttiva bil-għan li l-pannelli fotovoltajċi jiġu diżassoċjati mill-kategorija 4 eżistenti tal-EEE, “tagħmir kbir”, kif imsemmi fl-Annessi III u IV, u l-kalkolu tal-miri tal-ġbir abbażi tal-iskart minn pannelli fotovoltajċi disponibbli għall-ġbir fuq il-bażi tal-ħajja mistennija tagħhom, aktar milli tal-kwantità ta’ prodotti mqiegħda fis-suq;

(f) 

l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu maħsub biex jiżgura li, f’każ ta’ falliment jew likwidazzjoni tal-produttur, l-ispejjeż futuri tal-ġbir, it-trattament, l-irkupru u r-rimi li ma jagħmilx ħasara lill-ambjent ta’ skart minn pannelli fotovoltajċi kemm minn djar privati kif ukoll minn utenti għajr djar privati jkunu finanzjarjament koperti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012L0019
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.