|
+ANNESS IV |
ANNESS IV
ANNESS IV Lista mhux eżawrjenti ta’ EEE li jaqgħu fil-Kategoriji elenkati fl-Anness III 1. Tagħmir li jibdel it-temperatura Refriġeraturi, friżi, tagħmir li jipprovdi prodotti kesħin b’mod awtomatiku, tagħmir tal-klimatizzazzjoni tal-arja, tagħmir deumidifikanti, pompi tas-sħana, radjaturi li fihom żejt u tagħmir ieħor li jibdel it-temperatura li juża fluwidi għajr l-ilma għat-tibdil tat-temperatura. 2. Skrins, moniters, u tagħmir li fih skrins b’wiċċ akbar minn 100 cm2 Skrins, televiżjonijiet, kwadri tar-ritratti LCD, moniters, laptops, notebooks. 3. Lampi Lampi florexxenti dritti, lampi florexxenti kumpatti, lampi florexxenti, lampi bi skariku elettriku ta’ intensità għolja — inkluż lampi tas-sodju bi pressa u lampi alidi tal-metall, lampi tas-sodju bi pressa baxxa, LED. 4. Tagħmir kbir Magni tal-ħasil ta’ ħwejjeġ, dryers tal-ħwejjeġ, magni tal-ħasil tal-platti, cookers, stufi elettriċi, hot plates elettriċi, dwal, tagħmir li jirriproduċi ħsejjes jew immaġni, tagħmir mużikali (esklużi orgnijiet installati fi knejjes), apparat għall-ħdim tal-labar u l-insiġ, servers lokali kbar (mainframes), stampaturi kbar, tagħmir għall-ikkupjar, slot machines kbar, apparat mediku kbir, strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll kbar, apparat kbir li jipprovdi prodotti u flus b’mod awtomatiku, pannelli fotovoltajċi. 5. Tagħmir żgħir Vacuum cleaners, xkupi tat-twapet, apparat għall-ħjata, dwal, microwaves, tagħmir tal-ventilazzjoni, ħadid tal-mogħdija, towsters, skieken elettriċi, ktieli elettriċi, arloġġi u arloġġi tal-idejn, shavers elettriċi, imwieżen, apparat għall-kura tax-xagħar u l-kura tal-ġisem, kalkolaturi, settijiet tar-radju, vidjo kameras, vidjo rikorders, tagħmir hi-fi, strumenti tal-mużika, tagħmir li jirriproduċi ħsejjes jew immaġni, ġugarelli elettriċi u elettroniċi, tagħmir tal-isport, kompjuters għall-ġiri bir-rota, l-għadis, il-ġiri, il-qdif, eċċ., ditekters tad-duħħan, regolaturi tas-sħana, termostats, għodod elettriċi u elettroniċi żgħar, apparat mediku żgħir, strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll żgħar, apparat żgħir li jipprovdi prodotti b’mod awtomatiku, tagħmir żgħir b’pannelli fotovoltajċi integrati. 6. Apparat żgħir tal-IT u t-telekomunikazzjoni (bl-ebda dimensjoni esterna akbar minn 50 cm) Telefowns ċellulari, GPS, kalkolaturi tal-but, routers, kompjuters personali, printers, telefowns. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|