|
+ANNESS VII |
ANNESS VII
ANNESS VII Trattament selettiv għal materjali u komponenti ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku msemmi fl-Artikolu 8(2) 1. Bħala minimu, is-sustanzi, it-taħlitiet u l-komponenti li ġejjin għandhom jitneħħew minn kwalunkwe WEEE miġbur separatament:
—
bifenili poliklorinati (PCB) li fihom capacitors skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/59/KE tas-16 ta’ Settembru 1996 dwar ir-rimi ta’ polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls [bifenili poliklorinati u terfenili poliklorinati] (PCB/PCT) (
9
),
—
komponenti li fihom il-merkurju, bħal swiċċijiet jew bozoz tal-backlighting,
—
batteriji,
—
bords stampati ġeneralment ta’ ċirkwiti għat-telefowns ċellulari, u ta’ mezzi oħra jekk is-superfiċje tal-bord stampat taċ-ċirkwit tkun akbar minn 10 ċentimetri kwadri,
—
toner cartridges, likwidi u paste, kif ukoll toner tal-kulur,
—
plastik li fih retardanti brominati tan-nirien,
—
skart tal-asbestos u komponenti li fihom l-asbestos,
—
tubi tal-cathode-ray,
—
klorofluworokarbonji (CFC), idroklorofluworokarbonji (HCFC) jew idrofluworokarbonji (HFC), idrokarbonji (HC),
—
bozoz bi skariku tal-gass,
—
skrins tal-kristalli likwidi (flimkien mal-casing tagħhom fejn ikun xieraq) ta’ superfiċje akbar minn 100 ċentrimetru kwadru u dawk back-lighted b'bozoz bi skariku tal-gass,
—
kejbils esterni tal-elettriku,
—
komponenti li fihom fibri taċ-ċeramika refrattorji kif deskritti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/69/KE tal-5 ta’ Diċembru 1997 li taddatta għall-progress tekniku għat-23 darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi (
10
),
—
komponenti li fihom sustanzi radjuattivi bl-eċċezzjoni ta’ komponenti li huma taħt il-limiti ta’ eżenzjoni stipulati fl-Artikolu 3 ta’ u l-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta’ Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (
11
),
—
capacitators tal-elettroliti li fihom sustanzi preokkupanti (tul > 25 mm, dijametru > 25 mm jew volum proporzjonalment simili).
Dawn is-sustanzi, it-taħlitiet u l-komponenti għandhom jintremew jew jiġu rkuprati f'konformità mad-Direttiva 2008/98/KE. 2. Il-komponenti li ġejjin tal-WEEE li jinġabar separatament għandhom jiġu ttrattati kif indikat:
—
tubi tal-cathode-ray: il-kisi florexxenti jrid jitneħħa,
—
tagħmir li fih gassijiet li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew għandhom potenzjal ta’ tisħin globali (GWP) ogħla minn 15, bħal dawk li jkun hemm fil-fowm u ċ-ċirkwiti ta’ refriġerazzjoni: il-gassijiet għandhom jiġu estratti u ttrattati kif suppost. Il-gassijiet li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għandhom jiġu ttrattati skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009,
—
bozoz bi skariku tal-gass: il-merkurju għandu jitneħħa.
3. Filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet ambjentali u possibilment issir preparazzjoni għall- użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, il-punti 1 u 2 għandhom jiġu applikati b'mod li ma tkunx imfixkla l-preparazzjoni favorevoli għall-ambjent għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ komponenti jew tagħmir sħiħ. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|