+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 2 3.
|
Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 1.
|
Dan ir-Regolament għandu japplika għal:
(a)
ċerti sustanzi kimiċi perikolużi li huma soġġetti għall-proċedura tal-kunsens informat minn qabel skont il-Konvenzjoni (il-proċedura “PIC”);
(b)
ċerti sustanzi kimiċi perikolużi li huma pprojbiti jew imrażżna strettament fl-Unjoni jew xi Stat Membru;
(c)
sustanzi kimiċi esportati sa fejn huma kkonċernati l-klassifikar, it-tikkettjar u l-ippakkjar tagħhom.
|
|
Artikolu 2 2.
|
Dan ir-Regolament m'għandhux japplika għal dawn li ġejjin:
(a)
drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta’ kummerċ fil-prekursuri ta’ drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi (
1
);
(b)
materjali radjuattivi u sustanzi koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta’ Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (
2
);
(c)
skart kopert mid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart (
3
);
(d)
armi kimiċi koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b'użu doppju (
4
);
(e)
ikel u addittivi tal-ikel koperti mir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (
5
);
(f)
għalf kopert mir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (
6
) inkluż addittivi, jekk hux ipproċessati, ipproċessati parzjalment kif ukoll jekk le, maħsuba għall-użu fl-għalf orali għall-annimali;
(g)
organiżmi mmodifikati ġenetikament koperti mid-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (
7
);
(h)
ħlief sa fejn ikunu koperti rispettivament mill-Artikolu 3(5)(b) ta’ dan ir-Regolament, prodotti mediċinali xierqa u prodotti mediċinali veterinarji koperti bid-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (
8
) u d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (
9
) rispettivament.
|
|
Artikolu 2 3.
|
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal sustanzi kimiċi esportati għal għan ta’ riċerka jew analiżi fi kwantitajiet li mhux probabbli li jaffettwaw is-saħħa umana jew l-ambjent u li fi kwalunkwe każ ma jeċċedux 10 kg minn kull esportatur lejn kull pajjiż importatur għal kull sena kalendarja. Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-esportaturi tas-sustanzi kimiċi msemmija fih għandhom jiksbu numru tal-identifikazzjoni ta’ referenza speċjali filwaqt li jużaw il-Bażi ta’ Data msemmi fl-Artikolu 6(1)(a) u jipprovdu dak in-numru tal-identifikazzjoni ta’ referenza fid-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.10.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0649
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|