+Artikolu 13 Obbligi marbuta mal-importazzjoni tas-sustanzi kimiċi
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.
---+Artikolu 13 6.
|
Artikolu 13 Obbligi marbuta mal-importazzjoni tas-sustanzi kimiċi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1.
|
Il-Kummissjoni għandha tibgħat minnufih lill-Istati Membri u lill-Aġenzija kwalunkwe dokument ta’ gwida għad-deċiżjonijiet li tirċievi mis-Segretarjat. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tadotta deċiżjoni dwar l-importazzjoni, fil-forma ta’ reazzjoni dwar l-importazzjoni finali jew temporanja f'isem l-Unjoni dwar l-importazzjoni fil-futur tas-sustanza kimika kkonċernata. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(2). Il-Kummissjoni għandha tikkomunika d-deċiżjoni lis-Segretarjat mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn disa' xhur wara d-data tat-trażmissjoni tad-dokument ta’ gwida għad-deċiżjonijiet mis-Segretarjat. Meta sustanza kimika ssir soġġetta għal restrizzjonijiet addizzjonali jew emendati taħt leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tadotta deċiżjoni riveduta dwar l-importazzjoni. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(2). Il-Kummissjoni gaħndha tikkomunikaha lis-Segretarjat.
|
|
Artikolu 13 2.
|
F'każ ta’ sustanza kimika pprojbita jew imrażżna strettament minn Stat Membru wieħed jew aktar, il-Kummissjoni għandha, fuq talba bil-miktub tal-Istati Membri kkonċernati, tqis l-informazzjoni fid-deċiżjoni tagħha dwar l-importazzjoni.
|
|
Artikolu 13 3.
|
Deċiżjoni dwar l-importazzjoni skont il-paragrafu 1 għandha tirrigwarda l-kategorija jew kategoriji speċifikati għas-sustanza kimika fid-dokument ta’ gwida għad-deċiżjonijiet.
|
|
Artikolu 13 4.
|
Meta tikkomunika d-deċiżjoni tagħha dwar l-importazzjoni lis-Segretarjat, il-Kummissjoni għandha tipprovdi deskrizzjoni tal-miżura leġiżlattiva jew amministrattiva li hija bbażata fuqha.
|
|
Artikolu 13 5.
|
Kull awtorità nazzjonali nominata fl-Unjoni mill-Istati Membri għandha tqiegħed id-deċiżjonijiet dwar l-importazzjoni skont il-paragrafu 1 għad-dispożizzjoni ta’ dawk ikkonċernati fi ħdan il-kompetenza tagħha, skont il-miżuri leġiżlattivi jew amministrattivi tagħha. L-Aġenzija għandha tagħmel pubbliċi d-deċiżjonijiet tal-importazzjoni taħt il-paragrafu 1 permezz tal-Bażi ta’ Data.
|
|
Artikolu 13 6.
|
Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tevalwa, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u l-Aġenzija, il-ħtieġa li tipproponi miżuri fuq livell tal-Unjoni għall-prevenzjoni ta’ riskji inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent fl-Unjoni, filwaqt li tieħu kont tal-informazzjoni li tinsab fid-dokument ta’ gwida għad-deċiżjonijiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.10.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0649
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|