+Artikolu 23 Aġġornament tal-Annessi
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.

Artikolu 23 Aġġornament tal-Annessi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 23 1.
Il-lista tas-sustanzi kimiċi fl-Anness I għandha tiġi riveduta mill-Kummissjoni għall-inqas darba kull sena, abbażi tal-iżviluppi fil-liġi tal-Unjoni u taħt il-Konvenzjoni.
Artikolu 23 2.
Sabiex jiġi determinat jekk azzjoni regolatorja finali fil-livell tal-Unjoni tikkostitwix projbizzjoni jew trażżin strett, l-effett tal-azzjoni għandu jiġi evalwat fil-livell tas-sottokategoriji fi ħdan il-kategoriji “pestiċidi” u “sustanzi kimiċi industrijali”. Jekk l-azzjoni regolatorja finali tipprojbixxi jew trażżan strettament l-użu ta’ sustanza kimika f'waħda mis-sottokategoriji, għandha tiġi inkluża f'Parti 1 tal-Anness I.

Sabiex jiġi determinat jekk azzjoni regolatorja finali fil-livell tal-Unjoni tikkostitwix projbizzjoni jew trażżin strett, b'tali mod li s-sustanza kimika kkonċernata tikkwalifika għan-notifika tal-PIC skont l-Artikolu 11, l-effett ta’ dik l-azzjoni għandu jiġi evalwat fil-livell tal-kategoriji “pestiċidi” u “sustanzi kimiċi industrijali”. Jekk l-azzjoni regolatorja finali tipprojbixxi jew trażżan strettament sustanza kimika f'waħda mill-kategoriji, għandha wkoll tiġi inkluża f'Parti 2 tal-Anness I.

Artikolu 23 3.
Id-deċiżjoni biex jiġu inklużi s-sustanzi kimiċi fl-Anness I, jew biex tiġi modifikata l-entrata tagħhom fejn xieraq, għandha tittieħed mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 23 4.

Sabiex dan ir-Regolament jiġi adattat għall-progress tekniku, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 rigward il-miżuri li ġejjin:

(a) 

inklużjoni ta’ sustanza kimika fil-Partijiet 1 jew 2 tal-Anness I skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu wara l-azzjoni regolatorja finali fil-livell tal-Unjoni, u l-emendi oħrajn tal-Anness I, inkluż modifiki għall-entrati eżistenti;

(b) 

inklużjoni ta’ sustanza kimika li hija soġġetta għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropewu tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti ( 14 ) fil-Parti 1 tal-Anness V;

(c) 

inklużjoni ta’ sustanzi kimiċi li diġà huma soġġetti għal projbizzjoni ta’ esportazzjoni fuq il-livell tal-Unjoni fil-Parti 2 tal-Anness V;

(d) 

modifiki fl-entrati eżistenti fl-Anness V;

(e) 

emendi tal-Annessi II, III, IV u VI.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.10.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0649
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.