|
+ANNESS IV |
ANNESS IV
ANNESS IV Notifika lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni dwar sustanza kimika projbita jew imrażżna strettament REWKIŻITI TA' INFORMAZZJONI GĦAN-NOTIFIKI SKONT L-ARTIKOLU 11 In-notifiki għandhom jinkludu:
1.
proprjetajiet, identifikazzjoni u użi
(a)
isem komuni;
(b)
isem is-sustanza kimika skont nomenklatura magħrufa internazzjonalment (pereżempju l-Unjoni Internazzjonali tal-Kimika Pura u Applikata (IUPAC)), fejn din in-nomenklatura teżisti;
(c)
ismijiet kummerċjali u ismijiet ta’ taħlitiet;
(d)
numri tal-kodiċi: Numru tas-Servizz tat-Taqsiriet tas-Sustanzi Kimiċi (CAS), Sistema tal-Kodiċi Doganali Armonizzat u numri oħrajn;
(e)
informazzjoni dwar klassifika ta’ periklu, fejn is-sustanza kimika hija soġġetta għal rekwiżiti ta’ klassifika;
(f)
użu jew użi tas-sustanza kimika:
—
fl-Unjoni,
—
postijiet oħra (jekk magħrufa);
(g)
il-kwalitajiet fiżikokimiċi, tossikoloġiċi u ekotossikoloġiċi;
2.
azzjoni regolatorja finali
(a)
informazzjoni speċifika għall-azzjoni regolatorja finali:
(i)
sommarju tal-azzjoni regolatorja finali;
(ii)
referenza għad-dokument regolatorju;
(iii)
data tad-dħul fis-seħħ tal-azzjoni regolatorja finali;
(iv)
indikazzjoni jekk l-azzjoni regolatorja finali tteħditx abbażi ta’ evalwazzjoni tar-riskju jew periklu u, jekk huwa hekk, informazzjoni dwar tali evalwazzjoni, li tkopri referenza għad-dokumentazzjoni rilevanti;
(v)
raġunijiet għall-azzjoni regolatorja finali rilevanti għas-saħħa tal-bniedem, inkluża s-saħħa tal-konsumaturi u l-ħaddiema, jew l-ambjent;
(vi)
sommarju tal-perikli u r-riskji li jirriżultaw mis-sustanza kimika għas-saħħa tal-bniedem, inkluża s-saħħa tal-konsumaturi u l-ħaddiema, jew l-ambjent u l-effett mistenni tal-azzjoni regolatorja finali;
(b)
kategorija jew kategoriji fejn ittieħdet l-azzjoni regolatorja finali, u għal kull kategorija:
(i)
użu jew użi pprojbiti mill-azzjoni regolatorja finali;
(ii)
użu jew użi li jibqgħu permessi;
(iii)
stima, fejn hija disponibbli, tal-kwantitajiet tas-sustanza kimika prodotta, importata, esportata u użata;
(c)
indikazzjoni, safejn hu possibbli, tar-rilevanza probabbli tal-azzjoni regolatorja finali għal Stati u reġjuni oħrajn;
(d)
informazzjoni oħra rilevanti li tista' tkopri:
(i)
evalwazzjoni tal-effetti soċjoekonomiċi tal-azzjoni regolatorja finali;
(ii)
informazzjoni dwar alternattivi u r-riskji relattivi tagħhom, fejn disponibbli, bħal:
—
strateġiji integrati għall-ġestjoni tal-pesti;
—
prassi u proċessi industrijali, inkluża teknoloġija aktar nadifa.
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|