|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-fini ta’ din id-Direttiva:
(1)
'aċċident kbir' tfisser, fir-rigward ta' installazzjoni jew infrastruttura konnessa:
(a)
aċċident li jinvolvi splużjoni, nirien, telf ta' kontroll tal-bir, jew rilaxx ta' żejt, gass jew sustanzi perikolużi li jinvolvu, jew b'potenzjal sinifikanti li jikkawżaw, imwiet jew korriment personali serju,
(b)
inċident li jwassal għal ħsara serja fl-installazzjoni jew fl-infrastruttura konnessa li jinvolvi, jew b'potenzjal sinifikanti li jikkawża, imwiet jew korriment personali serju,
(c)
kwalunkwe incident ieħor li jwassal għall-imwiet jew korriment serju ta’ ħames persuni jew aktar li jinsabu fuq l-installazzjoni offshore li minnha jkun ġej is-sors tal-periklu jew li jkunu involuti f'operazzjoni taż-żejt u tal-gass offshore b’konnessjoni mal-installazzjoni jew l-infrastruttura konnessa; jew
(d)
kwalunkwe inċident ambjentali kbir li jirriżulta minn incidenti msemmija fil-punti (a), (b) u (c). Għall-finijiet li jiġi determinat jekk avveniment jikkostitwixxix aċċident kbir skont il-punti (a), (b) jew (d), installazzjoni li normalment ma tkunx sorveljata għandha tiġt ttrattata daqslikieku kienet sorveljata;
(2)
'offshore' tfisser pożizzjoni fl-ibħra territorjali, iż-Żona Ekonomika Esklużiva jew il-blatiet kontinentali ta' Stat Membru fit-tifsira tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar;
(3)
'operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore' tfisser l-attivitajiet kollha relatati ma' installazzjoni jew ma' infrastruttura konnessa, inklużi d-disinn, l-ippjanar, il-kostruzzjoni, l-operat u d-dekummissjonament tagħha, relatati mal-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt jew gass iżda mhux inkluż it-trasport taż-żejt u tal-gass minn kosta għal oħra;
(4)
'riskju' tfisser il-kombinazzjoni tal-probabbiltà li jseħħ avveniment u tal-konsegwenzi ta' dak l-avveniment;
(5)
'operatur' tfisser entità nominata mid-detentur tal-liċenzja jew mill-awtorità li toħroġ il-liċenzji biex twettaq operazzjoni taż-żejt u tal-gass offshore, inkluż l-ippjanar u l-eżekuzzjoni ta' operazzjoni ta' bir jew il-ġestjoni u l-kontroll tal-funzjonijiet ta' installazzjoni tal-produzzjoni;
(6)
'xieraq' tfisser tajjeb jew adatt b’mod sħiħ, inkluża l-konsiderazzjoni ta' sforz u spiża proporzjonati, għal rekwiżit jew sitwazzjoni partikolari, ibbażat fuq evidenza oġġettiva u muri b’analiżi, paragun ma’ standards adatti jew soluzzjonijiet oħra użati f’sitwazzjonijiet komparabbli minn awtoritajiet jew industrija oħra;
(7)
'entità' tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew kwalunkwe grupp ta’ persuni bħal dawn;
(8)
'aċċettabbli' b'rabta ma' riskju, tfisser livell ta' riskju li għalih iż-żmien, l-ispiża jew l-isforz biex jitnaqqas aktar ikun sproporzjonat b'mod eċċessiv mar-benefiċċji ta' tali tnaqqis. Meta jiġi vvalutat jekk iż-żmien, l-ispiża jew l-isforz humiex ser ikunu sproporzjonati b'mod eċċessiv meta mqabbla mal-vantaġġi ta' aktar tnaqqis tar-riskju, għandu jittieħed kont tal-livelli tar-riskju tal-aħjar prattika kompatibbli ma' dan il-kompitu;
(9)
'liċenzja' tfisser awtorizzazzjoni għal operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore f' konformità mad-Direttiva 94/22/KE;
(10)
'żona liċenzjata' tfisser iż-żona ġeografika koperta mil-liċenzja;
(11)
'detentur tal-liċenzja' tfisser il-persuna li jkollha, jew il-persuni li flimkien ikollhom, liċenzja;
(12)
‘kuntrattur’ tfisser kwalunkwe entità kuntrattata mill-operatur jew mis-sid biex twettaq kompiti speċifiċi f’isem l-operatur jew is-sid;
(13)
'awtorità li toħroġ il-liċenzji' tfisser l-awtorità pubblika li hija responsabbli għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet jew għall-monitoraġġ tal-użu tal-awtorizzazzjonijiet kif previst fid-Direttiva 94/22/KE;
(14)
'awtorità kompetenti' tfisser l-awtorità pubblika, nominata skont din id-Direttiva u li hija responsabbli għad-dmirijiet mogħtija lilha f'din id-Direttiva. L-awtorità kompetenti tista’ tkun magħmula minn korp pubbliku wieħed jew aktar;
(15)
‘esplorazzjoni’ tfisser it-tħaffir fi prospett u l-operazzjonijiet kollha relatati taż-żejt u tal-gass offshore meħtieġa qabel l-operazzjonijiet relatati mal-produzzjoni;
(16)
'produzzjoni' tfisser l-estrazzjoni ta’ żejt u gass offshore mis-saffi ta’ taħt l-art ta' żona liċenzjata inkluż l-ipproċessar offshore taż-żejt u tal-gass u t-trasport tagħhom permezz ta’ infrastruttura konnessa;
(17)
'installazzjoni mhux tal-produzzjoni' tfisser installazzjoni oħra apparti minn installazzjoni użata għall-produzzjoni taż-żejt u tal-gass;
(18)
'il-pubbliku' tfisser entità waħda jew aktar u, f’konformità mal-leġislazzjoni jew il-prattika nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom;
(19)
'installazzjoni' tfisser faċilità stazzjonarja fissa jew mobbli, jew kombinament ta’ faċilitajiet, interkonnessi b’mod permanenti permezz ta’ pontijiet, jew strutturi oħra, użati għall-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore jew b’konnessjoni ma’ tali operazzjonijiet. Installazzjonijiet jinkludi unitajiet tat-tħaffir mobbli offshore biss meta jkunu stazzjonati f'ilmijiet offshore għal attivitiajiet ta' tħaffir, produzzjoni jew attivitiajiet oħrajn assoċjati ma' operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore;
(20)
'installazzjoni tal-produzzjoni' tfisser installazzjoni użata għall-produzzjoni;
(21)
'infrastruttura konnessa' tfisser, fiż-żona ta’ sikurezza jew f’żona viċin ta' distanza ikbar mill-installazzjoni fid-diskrezzjoni tal-Istat Membru:
(a)
kwalunkwe bir jew struttura assoċjata, unità jew tagħmir supplimentari konness mal-installazzjoni;
(b)
kwalunkwe apparat jew xoghlijiet fuq jew imwaħħla mal-istruttura prinċipali tal-installazzjoni;
(c)
kwalunkwe apparat imwaħħal ma' jew xogħlijiet fil-pipeline;
(22)
'aċċettazzjoni', fir-rigward tar-rapport dwar perikli kbar, tfisser il-komunikazzjoni bil-miktub mill-awtorità kompetenti lill-operatur jew lis-sid li r-rapport, jekk implimentat kif stabbilit fih, jissodisfa r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva L- aċċettazzjoni ma timplikax xi trasferiment tar-responsabbiltà mill-kontroll ta' perikli kbar lejn l-awtorità kompetenti;
(23)
'periklu kbir' tfisser sitwazzjoni bil-potenzjal li tirriżulta f'aċċident kbir;
(24)
'operazzjoni ta' bir' tfisser kwalunkwe operazzjoni li tikkonċerna bir li tista’ tirriżulta fir-rilaxx aċċidentali ta’ materjali li għandhom il-potenzjal li jwasslu għal aċċident kbir, inkluż it-tħaffir ta’ bir, it-tiswija jew il-modifika ta’ bir, is-sospensjoni tal-operazzjonijiet ta' bir u l-abbandun b’mod permanenti ta’ bir;
(25)
'operazzjoni kombinata' tfisser operazzjoni mwettqa minn installazzjoni ma’ installazzjoni jew installazzjonijiet oħra għal finijiet relatati mal-installazzjoni(jiet) l-oħra li b’hekk taffettwa materjalment ir-riskji għas-sikurezza tal-persuni jew il-ħarsien tal-ambjent fi kwalunkwe waħda mill-installazzjoni jew fl-installazzjonijiet kollha;
(26)
‘żona ta’ sikurezza’ tfisser iż-żona f’distanza ta’ 500 metru minn kwalunkwe parti tal-installazzjoni, stabbilita mill-Istat Membru;
(27)
'sid' tfisser entità legalment intitolata li tikkontrolla l-operat ta’ installazzjoni mhux tal-produzzjoni;
(28)
'pjan intern ta' rispons għal emerġenza' tfisser pjan imħejji mill-operatur jew sid skont ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva dwar il-miżuri għall-prevenzjoni tal-eskalazzjoni jew il-limitazzjoni tal-konsegwenzi ta’ aċċident kbir relatat mal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore;
(29)
'verifika indipendenti' tfisser valutazzjoni u konferma tal-validità ta’ dikjarazzjonijiet bil-miktub partikolari minn entità jew parti organizzattiva tal-operatur jew is-sid li tkun taħt il-kontroll ta' jew tkun influwenzata mill-entità jew il-parti organizzattiva li tuża dawk id-dikjarazzjonijiet;
(30)
'bidla materjali' tfisser:
(a)
fil-każ ta' rapport dwar perikli kbar, bidla fil-bażi li fuqha r-rapport oriġinali kien aċċettat inklużi fost l-oħrajn modifiki fiżiċi, disponibbiltà ta' għarfien jew teknoloġija ġdida u bidliet operazzjonali fil-maniġment;
(b)
fil-każ ta' notifika ta' operazzjonijiet ta' bir jew operazzjonijiet kombinati, bidla fil-bażi li fuqha n-notifika oriġinali kienet ippreżentata inklużi fost l-oħrajn modifiki, bidla ta' installazzjoni b'oħra, disponibbiltà ta' għarfien jew teknoloġija ġdida u bidliet operazzjonali fil-maniġment;
(31)
'bidu tal-operazzjonijiet' tfisser il-mument li fih l-installazzjoni jew l-infrastruttura konnessa hija involuta għall-ewwel darba fl-operazzjonijiet li hija ddisinjata għalihom;
(32)
'effikaċja tar-reazzjoni għat-tixrid taż-żejt' tfisser l-effikaċja tas-sistemi ta' reazzjoni għat-tixrid fir-rispons għat-tixrid taż-żejt abbażi ta' analiżi tal-frekwenza, id-durata u ż-żmien tal-kundizzjonijiet ambjentali li jipprekludu reazzjoni. Il-valutazzjoni tal-effikaċja tar-reazzjoni għat-tixrid taż-żejt għandha tiġi espressa bħala perċentwal taż-żmien li dawn il-kundizzjonijiet ma jkunux preżenti u għandha tinkludi deskrizzjoni tal-limitazzjonijiet operattivi imposti fuq l-installazzjonijiet ikkonċernati b'riżultat ta' dik il-valutazzjoni;
(33)
'elementi kritiċi tas-sikurezza u tal-ambjent' tfisser il-partijiet ta’ installazzjoni, inklużi programmi tal-kompjuter, li l-għan tagħhom huwa li jipprevjenu jew jillimitaw il-konsegwenzi ta' aċċident kbir, jew li l-falliment tagħhom jista’ jikkawża jew jikkontribwixxi b’mod sostanzjali għal aċċident kbir;
(34)
‘konsultazzjoni tripartitika’ tfisser arranġament formali li jippermetti djalogu u kooperazzjoni bejn l-awtorità kompetenti, l-operaturi u s-sidien, u r-rappreżentanti tal-ħaddiema;
(35)
'industrija' tfisser entitajiet li huma direttament involuti f'operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore koperti minn din id-Direttiva jew li l-attivitajiet tagħhom huma relatati mill-qrib ma’ dawk l-operazzjonijiet;
(36)
'pjan estern ta' rispons għal emerġenza' tfisser strateġija lokali, nazzjonali jew reġjonali għall-prevenzjoni tal-eskalazzjoni jew tillimita l-konsegwenzi ta' aċċident kbir relatat mal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore bl-użu tar-riżorsi kollha disponibbli tal-operatur kif deskritti fil-pjanijiet interni rilevanti ta’ rispons għal emerġenza, u kwalunkwe riżorsa supplimentari li l-Istati Membri jagħmlu disponibbli;
(37)
'inċident b'effett kbir fuq l-ambjent' tfisser inċident li jirriżulta, jew li x'aktarx jirriżulta, f'effetti sinifikanti negattivi fl-ambjent skont id-Direttiva 2004/35/KE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|