|
+Artikolu 13 Rapport dwar perikli kbar għal installazzjoni mhux tal-produzzjoni ---+Article 13 1. ---+Article 13 2. ---+Article 13 3. ---+Article 13 4. ---+Article 13 5. ---+Article 13 6. ---+Article 13 7. |
Artikolu 13 Rapport dwar perikli kbar għal installazzjoni mhux tal-produzzjoniArtikolu 13 Rapport dwar perikli kbar għal installazzjoni mhux tal-produzzjoni 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sid iħejji rapport dwar perikli kbar għal installazzjoni mhux tal-produzzjoni, li għandu jiġi ppreżentat skont il-punt (e) tal-Artikolu 11(1), Dak ir-rapport għandu jkun fih l-informazzjoni speċifikata fl-Anness I, partijiet 3 u 5 u għandu jiġi aġġornat kull meta jkun adatt jew meta l-awtorità kompetenti titlob dan. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti tal-ħaddiema jiġu kkonsultati fl-istadji rilevanti fit-tħejjija tar-rapport dwar perikli kbar għal installazzjoni mhux tal-produzzjoni, u li l-evidenza tingħata għal dan il-għan f'konformità mal-Anness I, parti 3, punt 2. 3. Fejn tkun meħtieġa iktar informazzjoni qabel ma jista’ jiġi aċċettat rapport dwar perikli kbar għal installazzjoni mhux tal-produzzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur jew is-sid jipprovdi, fuq talba tal-awtorità kompetenti, din l-informazzjoni u jagħmel kull tibdil meħtieġ fir-rapport dwar perikli kbar ippreżentat. 4. Meta jkunu ser isiru modifiki fl-installazzjoni mhux tal-produzzjoni li jinvolvu għal bidla materjali, jew ikun hemm il-ħsieb li tiżżarma installazzjoni fissa tal-produzzjoni, is-sid għandu jħejji rapport emendat dwar perikli kbar, li għandu jiġi ppreżentat skont il-punt (f) tal-Artikolu 11(1), sa skadenza ffissata mill-awtorità kompetenti f'konformità mal-Anness I, parti 6, il-punti 1, 2 u 3. 5. Għal installazzjoni fissa mhux tal-produzzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-modifikazzjonijiet ippjanati ma jibdewx jintużaw u li ż-żarmatura ma tinbediex qabel ma l-awtorità kompetenti tkun aċċettat ir-rapport emendat dwar perikli kbar għall-installazzjoni fissa mhux tal-produzzjoni. 6. Għal installazzjoni mobbli mhux tal-produzzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-modifikazzjonijiet ippjanati ma jibdewx jintużaw qabel ma l-awtorità kompetenti ma tkunx aċċettat ir-rapport emendat dwar perikli kbar għall-installazzjoni mobbli mhux tal-produzzjoni. 7. Ir-rapport dwar perikli kbar għal installazzjoni mhux tal-produzzjoni għandu jkun soġġett għal reviżjoni perjodika bir-reqqa mis-sid mill-inqas kull 5 snin jew aktar kmieni meta mitluba mill-awtorità kompetenti. Għandha tingħata notifika tar-riżultati tar-reviżjoni lill-awtorità kompetenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|