+KAPITOLU III TĦEJJIJA GĦAL OPERAZZJONIJIET TAŻ-ŻEJT U TAL-GASS OFFSHORE U T-TWETTIQ TAGĦHOM
---+Artikolu 11 Dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati biex jitwettqu operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore
------+Article 11 1.
------+Article 11 2.
------+Article 11 3.
------+Article 11 4.
------+Article 11 5.
------+Article 11 6.
------+Article 11 7.
---+Artikolu 12 Rapport dwar perikli kbar għal installazzjoni tal-produzzjoni
------+Article 12 1.
------+Article 12 2.
------+Article 12 3.
------+Article 12 4.
------+Article 12 5.
------+Article 12 6.
------+Article 12 7.
---+Artikolu 13 Rapport dwar perikli kbar għal installazzjoni mhux tal-produzzjoni
------+Article 13 1.
------+Article 13 2.
------+Article 13 3.
------+Article 13 4.
------+Article 13 5.
------+Article 13 6.
------+Article 13 7.
---+Artikolu 14 Pjanijiet interni ta' rispons għal emerġenza
------+Article 14 1.
------+Article 14 2.
------+Article 14 3.
---+Artikolu 15 Notifika dwar u informazzjoni dwar operazzjonijiet ta' bjar
------+Article 15 1.
------+Article 15 2.
------+Article 15 3.
------+Article 15 4.
---+Artikolu 16 Notifika ta' operazzjonijiet kombinati
------+Article 16 1.
------+Article 16 2.
------+Article 16 3.
---+Artikolu 17 Verifika indipendenti
------+Article 17 1.
------+Article 17 2.
------+Article 17 3.
------+Article 17 4.
------+Article 17 5.
------+Article 17 6.
------+Article 17 7.
------+Article 17 8.
---+Artikolu 18 Setgħa tal-awtorità kompetenti fir-rigward ta' operazzjonijiet fuq l-installazzjonijiet

KAPITOLU III TĦEJJIJA GĦAL OPERAZZJONIJIET TAŻ-ŻEJT U TAL-GASS OFFSHORE U T-TWETTIQ TAGĦHOM

KAPITOLU III TĦEJJIJA GĦAL OPERAZZJONIJIET TAŻ-ŻEJT U TAL-GASS OFFSHORE U T-TWETTIQ TAGĦHOM

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 Dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati biex jitwettqu operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore

Artikolu 11

Dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati biex jitwettqu operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur jew is-sid jippreżentaw id-dokumenti li ġejjin lill-awtorità kompetenti:

(a) 

il-politika korporattiva ta' prevenzjoni ta' aċċidenti serji jew deskrizzjoni adegwata tagħha, skont l-Artikolu 19(1) u (5);

(b) 

is-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza u ambjentali applikabbli għall-installazzjoni, jew deskrizzjoni adegwata tagħha, skont l-Artikolu 19(3) u (5);

(c) 

fil-każ ta’ installazzjoni tal-produzzjoni ppjanata, notifika ta' disinn skont ir-rekwiżiti tal-Anness I, parti 1;

(d) 

deskrizzjoni tal-iskema ta' verifika indipendenti skont l-Artikolu 17;

(e) 

rapport dwar perikli kbar skont l-Artikoli 12 u 13;

(f) 

fil-każ ta' bidla materjali, jew żarmar ta' installazzjoni, rapport emendat dwar perikli kbar skont l-Artikoli 12 u 13;

(g) 

il-pjan intern għal rispons ta' emerġenza jew deskrizzjoni adegwata tiegħu, skont l-Artikoli 14 u 28;

(h) 

Fil-każ ta' operazzjoni ta' bir, notifika tal-operazzjoni ta' dak ilbir u informazzjoni dwar l-operazzjoni ta' dak il-bir skont l-Artikolu 15;

(i) 

fil-każ ta' operazzjoni kombinata, notifika tal-operazzjonijiet kombinati skont l-Artikolu 16;

(i) 

fil-każ ta’ installazzjoni tal-produzzjoni eżistenti li tkun ser titmexxa għal lokalità ġdida tal-produzzjoni fejn ser tkun operata, notifika ta’ rilokazzjoni skont l-Anness I, parti 1;

(k) 

kwalunkwe dokument rilevanti ieħor mitlub mill-awtorità kompetenti.

2.  Id-dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati skont il-punti (a), (b),(d) u (g) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu inklużi mar-rapport dwar perikli kbar meħtieġ skont il-punt (e) tal-paragrafu 1. Il-politika korporattiva ta' prevenzjoni ta' aċċidenti kbar ta' operatur ta' bir għandha, fejn ma tkunx diġa' ġiet ippreżentata, tiġi inkluża man-notifika ta' operazzjonijiet ta' bir li għandha tiġi ppreżentata skont il-punt (h) tal-paragrafu 1.

3.  In- notifika ta' disinn meħtieġa skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità kompetenti sa skadenza ffissata mill-awtorità kompetenti qabel il-preżentazzjoni maħsuba tar-rapport dwar perikli kbar għall-operazzjoni ppjanata. L-awtorità kompetenti għandha twieġeb għan-notifika ta' disinn b'kummenti li għandhom jitqiesu fir-rapport dwar perikli kbar.

4.  Fejn installazzjoni tal-produzzjoni eżistenti tkun ser tidħol fi jew tħalli l-ilmijiet offshore ta’ Stat Membru, l-operatur għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti bil-miktub qabel id-data li fiha l-installazzjoni tal-produzzjoni ser tidħol fi jew tħalli l-ilmijiet offshore tal-Istat Membru.

5.  In-notifika ta’ rilokazzjoni meħtieġa skont il-punt (i) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità kompetenti fi stadju kmieni biżżejjed fl-iżvilupp propost biex tippermetti lill-operatur li jqis kwalunkwe kwistjonijiet li jitqajmu mill-awtorità kompetenti waqt it-tħejjija tar-rapport dwar perikli kbar.

6.  Fejn isseħħ bidla materjali li taffettwa n-notifika ta' disinn jew ir-rilokazzjoni qabel il-preżentazzjoni tar-rapport dwar perikli kbar, l-awtorità kompetenti għandha tiġi notifikata dwar dik il-bidla kemm jista’ jkun malajr.

7.  Ir-rapport dwar perikli kbar meħtieġ skont il-punt (e) tal-paragrafu 1 għandu jiġi ppreżentat lill-awtorità kompetenti fi skadenza stabbilita mill-awtorità kompetenti qabel il-bidu ppjanat tal-operazzjonijiet.

Artikolu 12 Rapport dwar perikli kbar għal installazzjoni tal-produzzjoni

Artikolu 12

Rapport dwar perikli kbar għal installazzjoni tal-produzzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur jipprepara rapport dwar perikli kbar għal installazzjoni tal-produzzjoni, li għandu jiġi ppreżentat skont il-punt (e) tal-Artikolu 11(1). Dak ir-rapport għandu jkun fih l-informazzjoni speċifikata fl-Anness I, partijiet 2 u 5 u għandu jiġi aġġornat kull meta jkun adatt jew meta l-awtorità kompetenti titlob dan.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti tal-ħaddiema jiġu kkonsultati fl-istadji rilevanti fit-tħejjija tar-rapport dwar perikli kbar għal installazzjoni tal-produzzjoni, u li l-evidenza tingħata għal dan il-għan f'konformità mal-Anness I, parti 2, punt 3.

3.  Ir-rapport dwar perikli kbar għal installazzjoni tal-produzzjoni jista' jitħejja fir-rigward ta’ grupp ta’ installazzjonijiet soġġett għall-qbil tal-awtorità kompetenti.

4.  Fejn tkun meħtieġa iktar informazzjoni qabel ma jista’ jiġi aċċettat rapport dwar perikli kbar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur, fuq talba tal-awtorità kompetenti, jipprovdi din l-informazzjoni u jippreżenta kull tibdil meħtieġ fir-rapport dwar perikli kbar.

5.  Meta jkunu ser isiru modifiki fl-installazzjoni tal-produzzjoni li jinvolvu għal bidla materjali, jew ikun hemm il-ħsieb li tiżżarma installazzjoni fissa tal-produzzjoni, l-operatur għandu jħejji rapport dwar perikli kbar, li għandu jiġi ppreżentat skont il-punt (f) tal-Artikolu 11(1), sa skadenza ffissata mill-awtorità kompetenti f'konformità mal-Anness I, parti 6.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-modifikazzjonijiet ippjanati ma jibdewx jintużaw jew, u li ż-żarmar ma jinbediex qabel ma l-awtorità kompetenti tkun aċċettat ir-rapport emendat dwar perikli kbar għall-installazzjoni tal-produzzjoni.

7.  Ir-rapport dwar perikli kbar għal installazzjoni tal-produzzjoni għandu jkun soġġett għal reviżjoni perjodika bir-reqqa mill-operatur mill-inqas kull ħames snin jew aktar kmieni meta mitluba mill-awtorità kompetenti. Għandha tingħata notifika tar-riżultati tar-reviżjoni lill-awtorità kompetenti.

Artikolu 13 Rapport dwar perikli kbar għal installazzjoni mhux tal-produzzjoni

Artikolu 13

Rapport dwar perikli kbar għal installazzjoni mhux tal-produzzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sid iħejji rapport dwar perikli kbar għal installazzjoni mhux tal-produzzjoni, li għandu jiġi ppreżentat skont il-punt (e) tal-Artikolu 11(1), Dak ir-rapport għandu jkun fih l-informazzjoni speċifikata fl-Anness I, partijiet 3 u 5 u għandu jiġi aġġornat kull meta jkun adatt jew meta l-awtorità kompetenti titlob dan.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti tal-ħaddiema jiġu kkonsultati fl-istadji rilevanti fit-tħejjija tar-rapport dwar perikli kbar għal installazzjoni mhux tal-produzzjoni, u li l-evidenza tingħata għal dan il-għan f'konformità mal-Anness I, parti 3, punt 2.

3.  Fejn tkun meħtieġa iktar informazzjoni qabel ma jista’ jiġi aċċettat rapport dwar perikli kbar għal installazzjoni mhux tal-produzzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur jew is-sid jipprovdi, fuq talba tal-awtorità kompetenti, din l-informazzjoni u jagħmel kull tibdil meħtieġ fir-rapport dwar perikli kbar ippreżentat.

4.  Meta jkunu ser isiru modifiki fl-installazzjoni mhux tal-produzzjoni li jinvolvu għal bidla materjali, jew ikun hemm il-ħsieb li tiżżarma installazzjoni fissa tal-produzzjoni, is-sid għandu jħejji rapport emendat dwar perikli kbar, li għandu jiġi ppreżentat skont il-punt (f) tal-Artikolu 11(1), sa skadenza ffissata mill-awtorità kompetenti f'konformità mal-Anness I, parti 6, il-punti 1, 2 u 3.

5.  Għal installazzjoni fissa mhux tal-produzzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-modifikazzjonijiet ippjanati ma jibdewx jintużaw u li ż-żarmatura ma tinbediex qabel ma l-awtorità kompetenti tkun aċċettat ir-rapport emendat dwar perikli kbar għall-installazzjoni fissa mhux tal-produzzjoni.

6.  Għal installazzjoni mobbli mhux tal-produzzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-modifikazzjonijiet ippjanati ma jibdewx jintużaw qabel ma l-awtorità kompetenti ma tkunx aċċettat ir-rapport emendat dwar perikli kbar għall-installazzjoni mobbli mhux tal-produzzjoni.

7.  Ir-rapport dwar perikli kbar għal installazzjoni mhux tal-produzzjoni għandu jkun soġġett għal reviżjoni perjodika bir-reqqa mis-sid mill-inqas kull 5 snin jew aktar kmieni meta mitluba mill-awtorità kompetenti. Għandha tingħata notifika tar-riżultati tar-reviżjoni lill-awtorità kompetenti.

Artikolu 14 Pjanijiet interni ta' rispons għal emerġenza

Artikolu 14

Pjanijiet interni ta' rispons għal emerġenza

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi jew is-sidien, kif adatt, iħejju pjanijiet interni ta' rispons għal emerġenza, li għandhom jiġu ppreżentati skont il-punt (g) tal-Artikolu 11(1). Il-pjanijiet għandhom jiġu mħejjija f'konformità mal-Artikolu 28 filwaqt li jqisu l-valutazzjoni tar-riskji ta' aċċidenti kbar li saret waqt it-tħejjija tar-rapport l-aktar reċenti dwar perikli kbar. Dan il-pjan għandu jinkludi analiżi tal-effikaċja tar-rispons għat-tixrid taż-żejt.

2.  Fil-każ li installazzjoni mobbli mhux tal-produzzjoni jkollha tiġi użata għat-twettieq ta' operazzjonijiet ta' bir, il-pjan intern ta' rispons għal emerġenza għall-installazzjoni għandu jqis il-valutazzjoni tar-riskji li tkun saret waqt it-tħejjija tan-notifika dwar operazzjonijiet ta' bir li għandha tiġi ppreżentata skont il-punt (h) tal-Artikolu 11(1)). Fejn il-pjan intern ta' rispons għal emerġenza jkollu jiġi emendat minħabba n-natura jew is-sit partikolari tal-bir, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur tal-bir jippreżenta il-pjan intern emendat ta' rispons għal emerġenza, jew deskrizzjoni adegwata tagħha, lill-awtorità kompetenti bħala sostenn għan-notifika rilevanti dwar operazzjonijiet ta' bir.

3.  Fil-każ li installazzjoni mhux tal-produzzjoni tkun ser tintuża biex twettaq operazzjonijiet kombinati, il-pjan intern ta' rispons għal emerġenza għandu jiġi emendat biex ikopri l-operazzjonijiet kombinati u għandu jiġi ppreżentat lill-awtorità kompetenti bħala sostenn għan-notifika rilevanti dwar l-operazzjonijiet kombinati.

Artikolu 15 Notifika dwar u informazzjoni dwar operazzjonijiet ta' bjar

Artikolu 15

Notifika dwar u informazzjoni dwar operazzjonijiet ta' bjar

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur ta' bir iħejji n-notifika li għandha tiġi ppreżentata skont il-punt (h) tal-Artikolu 11(1) lill-awtorità kompetenti. Hija għandha tiġi ppreżentata fi skadenza stabbilita mill-awtorità kompetenti li taqa' qabel il-bidu tal-operazzjoni tal-bir. Dik in-notifika ta' operazzjonijiet ta' bir għandha tinkludi d-dettalji tad-disinn tal-bir u l-operazzjonijiet proposti tal-bir mal-Anness I, parti 4. Dan għandu jinkludi analiżi tal-effikaċja tar-rispons għat-tixrid taż-żejt.

2.  L-awtorità kompetenti għandha tqis in-notifika u, jekk jitqies li hu meħtieġ, tieħu azzjoni adatta qabel ma jinbdew l-operazzjonijiet tal-bir, li tista' tinkludi l-projbizzjoni li jinbdew l-operazzjonijiet.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur tal-bir jinvolvi lill-verifikatur indipendenti fl-ippjanar u t-tħejjija ta' bidla materjali fin-notifika ta' operazzjonijiet ta' bir ippreżentata skont il-punt (b) tal-Artikolu 17(4) u li jgħarraf immedjatament lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe bidla materjali fin-notifika ta' operazzjonijiet ta' bir ippreżentata. L-awtorità kompetenti għandha tqis dawk il-bidliet u, jekk jitqies li hu meħtieġ, tieħu azzjoni adatta.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur tal-bir jippreżenta rapporti dwar l-operazzjonijiet tal-bir lill-awtorità kompetenti f'konformità mar-rekwiżiti tal-II. Ir-rapporti għandhom jiġu ppreżentati f’intervalli ta’ ġimgħa, mill-ġurnata tal-bidu tal-operazzjonijiet tal-bjar, jew f’intervalli speċifikati mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 16 Notifika ta' operazzjonijiet kombinati

Artikolu 16

Notifika ta' operazzjonijiet kombinati

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi u s-sidien involuti f'operazzjoni kombinata jħejju b'mod konġunt in-notifika li għandha tiġi ppreżentata skont il-punt (i) tal-Artikolu 9(1). In-notifika għandha tinkludi d-dettalji tal-operazzjoni kombinata f'konformità mar-rekwiżiti tal-Anness I, parti 7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li wieħed mill-operaturi kkonċernati jippreżenta n-notifika tal-operazzjonijiet kombinati lill-awtorità kompetenti. In-notifika għandha tiġi ppreżentata fi skadenza stabbilita mill-awtorità kompetenti qabel ma jinbdew l-operazzjonijiet kombinati.

2.  L-awtorità kompetenti għandha tqis in-notifika u, jekk jitqies li hu meħtieġ, tieħu azzjoni adatta qabel ma jinbdew l-operazzjonijiet kombinati, li tista' tinkludi l-projbizzjoni tal-bidu tal-operazzjonijiet.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur li ppreżenta n-notifika jgħarraf, mingħajr dewmien, lill-awtorita kompetenti dwar kwalunkwe bidla materjali fin-notifika ppreżentata. L-awtorità kompetenti għandha tqis dawk il-bidliet u, jekk jitqies li hu meħtieġ, tieħu azzjoni adatta.

Artikolu 17 Verifika indipendenti

Artikolu 17

Verifika indipendenti

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li operaturi u siden jistabbilixxu skemi ta' verifika indipendenti u li jħejju deskrizzjoni ta' dawn l-iskemi, li għandhom jiġu ppreżentati skont il-punt (d) tal-Artikolu 11(1) u inkluża fis-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza u tal-ambjent ppreżentata skont il-punt (b) tal-Artikolu 11(1). Id-deskrizzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni speċifikata fl-Anness I, parti 5.

2.  Ir-riżultati tal-verifika indipendenti għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-operatur jew is-sid għall-funzjonament korrett u sikur tat-tagħmir u s-sistemi li jkunu qed jiġu verifikati.

3.  L-għażla tal-verifikatur indipendenti u d-disinn ta' skemi għal verifika indipendenti għandhom jissodisfaw il-kriterji tal-Anness V.

4.  L-iskemi għal verifika indipendenti għandhom ikunu stabbiliti:

(a) 

fir-rigward ta' installazzjonijiet, biex tingħata assigurazzjoni indipendenti li l-elementi kruċjali tas-sikurezza u tal-ambjent identifikati fis-sistema tal-valutazzjoni għall-installazzjoni, kif deskritti fir-rapport dwar perikli kbar, ikunu xierqa u li l-iskeda ta' eżaminazzjonijiet u testijiet tal-elementi kruċjali tas-sikurezza u tal-ambjent tkun xierqa, aġġornata u tkun qed topera kif maħsub;

(b) 

fir-rigward ta' notifiki ta' operazzjonijiet tal-bjar, biex tingħata assigurazzjoni indipendenti li d-disinn tal-bir u l-miżuri ta’ kontroll tal-bir jixirqu għall-kundizzjonijiet tal-bir antiċipati f’kull waqt.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi u s-sidien jirrispondu għall-pariri tal-verifikatur indipendenti u jieħdu azzjoni adatta bbażata fuqhom.

6.  L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-operaturi u s-sidien jiżguraw li l-pariri mogħtija mill-verifikatur indipendenti skont il-punt (a) tal-paragrafu 4 u r-rekords ta' azzjoni abbazi ta' dawn il-pariri jsiru disponibbli għall-awtorità kompetenti u jinżammu mill-operatur jew is-sid għal perijodu ta' sitt xhur wara t-tlestija tal-operazzjonijiet ta' żejt u gass offshore li jkunu relatati magħhom.

7.  L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-operaturi ta' bjar jiżguraw li s-sejbiet u l-kummenti tal-verifikatur indipendenti skont il-punt (b) tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu u l-azzjonijiet tagħhom bhala rispons għal dawk is-sejbiet u l-kummenti jiġu ppreżentati fin-notifika ta' operazzjonijiet ta' bir imħejjijha skont l-Artikolu 15.

8.  Għal installazzjoni tal-produzzjoni, l-iskema ta' verifika għandha tkun fis-seħħ qabel it-tlestija tad-disinn. Għal installazzjoni mhux tal-produzzjoni, l-iskema għandha tkun fis-seħħ qabel ma jibdew l-operazzjonijiet fl-ilmijiet offshore tal-Istati Membri.

Artikolu 18 Setgħa tal-awtorità kompetenti fir-rigward ta' operazzjonijiet fuq l-installazzjonijiet

Artikolu 18

Setgħa tal-awtorità kompetenti fir-rigward ta' operazzjonijiet fuq l-installazzjonijiet

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti:

(a) 

tipprojbixxi l-operazzjoni jew il-bidu ta' operazzjonijiet ta' kwalunkwe installazzjoni jew kwalunkwe infrastruttura konnessa fejn il-miżuri proposti fir-rapport dwar perikli kbar għall-prevenzjoni jew il-limitazzjoni tal-konsegwenzi ta' aċċidenti kbar jew notifiki ta' operazzjonijiet ta' bir jew operazzjonijiet kombinati skont il-punti (h) jew (i) tal-Artikolu 11(1) rispettivament jitqiesu insuffiċjenti biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti minn din id-Direttiva;

(b) 

f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali u fejn hija tqis li l-protezzjoni tas-sikurezza u tal-ambjent ma jkunux kompromessi, tnaqqas il-perijodu ta' żmien meħtieġ bejn il-preżentazzjoni tar-rapport dwar perikli kbar jew dokumenti oħrajn li ghandhom jiġu ppreżentati skont l-Artikolu 11 u l-bidu tal-operazzjonijiet;

(c) 

titlob li l-operatur jieħu dawk il-miżuri proporzjonati kif l-awtorità kompetenti tqis li huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 3(1);

(d) 

meta japplika l-Artikolu 6(4), tieħu miżuri adegwati biex tiżgura s-sikurezza kontinwa tal-operazzjonijiet;

(e) 

ikollha s-setgħa li titlob titjib u, jekk neċessarju, tipprojbixxi li jissokta t-tħaddim ta' kwalunkwe installazzjoni jew kwalunkwe parti minnha jew kwalunkwe infrastruttura konnessa fejn l-eżitu ta' spezzjoni, determinazzjoni skont l-Artikolu 6(4), rieżami perjodiku tar-rapport dwar perikli kbar ippreżentat skont il-punt (e) tal-Artikolu 11 jew bidliet fin-notifiki skont l-Artikolu 11, juru li r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva mhumiex jiġu sodisfatti jew ikun hemm tħassib raġonevoli dwar is-sikurezza tal-operazzjonijiet taż-żejt u l-gass offshore jew l-installazzjonijiet;

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0030
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.