|
+Artikolu 15 Notifika dwar u informazzjoni dwar operazzjonijiet ta' bjar ---+Article 15 1. ---+Article 15 2. ---+Article 15 3. ---+Article 15 4. |
Artikolu 15 Notifika dwar u informazzjoni dwar operazzjonijiet ta' bjarArtikolu 15 Notifika dwar u informazzjoni dwar operazzjonijiet ta' bjar 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur ta' bir iħejji n-notifika li għandha tiġi ppreżentata skont il-punt (h) tal-Artikolu 11(1) lill-awtorità kompetenti. Hija għandha tiġi ppreżentata fi skadenza stabbilita mill-awtorità kompetenti li taqa' qabel il-bidu tal-operazzjoni tal-bir. Dik in-notifika ta' operazzjonijiet ta' bir għandha tinkludi d-dettalji tad-disinn tal-bir u l-operazzjonijiet proposti tal-bir mal-Anness I, parti 4. Dan għandu jinkludi analiżi tal-effikaċja tar-rispons għat-tixrid taż-żejt. 2. L-awtorità kompetenti għandha tqis in-notifika u, jekk jitqies li hu meħtieġ, tieħu azzjoni adatta qabel ma jinbdew l-operazzjonijiet tal-bir, li tista' tinkludi l-projbizzjoni li jinbdew l-operazzjonijiet. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur tal-bir jinvolvi lill-verifikatur indipendenti fl-ippjanar u t-tħejjija ta' bidla materjali fin-notifika ta' operazzjonijiet ta' bir ippreżentata skont il-punt (b) tal-Artikolu 17(4) u li jgħarraf immedjatament lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe bidla materjali fin-notifika ta' operazzjonijiet ta' bir ippreżentata. L-awtorità kompetenti għandha tqis dawk il-bidliet u, jekk jitqies li hu meħtieġ, tieħu azzjoni adatta. 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur tal-bir jippreżenta rapporti dwar l-operazzjonijiet tal-bir lill-awtorità kompetenti f'konformità mar-rekwiżiti tal-II. Ir-rapporti għandhom jiġu ppreżentati f’intervalli ta’ ġimgħa, mill-ġurnata tal-bidu tal-operazzjonijiet tal-bjar, jew f’intervalli speċifikati mill-awtorità kompetenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|