+KAPITOLU VI KOOPERAZZJONI
---+Artikolu 27 Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri
------+Article 27 1.
------+Article 27 2.
------+Article 27 3.
------+Article 27 4.
------+Article 27 5.

KAPITOLU VI KOOPERAZZJONI

KAPITOLU VI KOOPERAZZJONI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 27 Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri

Artikolu 27

Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità kompetenti tiegħu regolarment tagħmel skambju ta' għarfien, informazzjoni u esperjenza ma' awtoritajiet kompetenti oħrajn fost l-oħrajn permezz tal-Grupp ta’ Awtoritajiet tal-Unjoni Ewropea li huma responsabbli għall-Attivitajiet taż-Żejt u tal-Gass li Jitwettqu lil hinn mill-Kosta (EUOAG), u li tkun involuta f'konsultazzjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti mal-industrija, partijiet interessati oħrajn u l-Kummissjoni.

Għall-Istati Membri li m'għandhomx operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi riċevuta mill-punti ta' kuntatt maħtura skont l-Artikolu 32(1).

2.  L-iskambju ta' għarfien, informazzjoni u esperjenza skont il-paragrafu 1 għandu jikkonċerna, b’mod partikolari, il-funzjonament tal-miżuri għall-ġestjoni tar-riskji, il-prevenzjoni tal-aċċidenti kbar, il-verifika tal-konformità u r-rispons għal emerġenza relatati mal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore ġewwa l-Unjoni, kif ukoll barra mill-Unjoni fejn adatt.

3.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorita kompetenti tiegħu tieħu sehem fl-istabbiliment ta' prijoritajiet konġunti ċari għat-tħejjija u l-aġġornament ta' standards u gwida sabiex jiġu identifikati u ffaċilitati l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni konsistenti tal-aħjar prattiki fl-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore.

4.  Sad-19 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Istati Membri dwar l-adegwatezza tar-riżorsi ta' esperti nazzjonali sabiex jaderixxu mal-funzjonijiet regolatorji skont din id-Direttiva li, jekk meħtieġ għandu jinkludi proposti sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha jkollhom aċċess għal riżorsi esperti adegwati.

5.  Sad-19 ta’ Lulju 2016, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miżuri nazzjonali li għandhom stabbiliti fir-rigward tal-aċċess għall-għarfien, assi u riżorsi ta' esperti, inklużi l-ftehimiet formali skont l-Artikolu 8(6).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0030
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.