|
+Artikolu 27 Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri ---+Article 27 1. ---+Article 27 2. ---+Article 27 3. ---+Article 27 4. ---+Article 27 5. |
Artikolu 27 Kooperazzjoni bejn l-Istati MembriArtikolu 27 Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri 1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità kompetenti tiegħu regolarment tagħmel skambju ta' għarfien, informazzjoni u esperjenza ma' awtoritajiet kompetenti oħrajn fost l-oħrajn permezz tal-Grupp ta’ Awtoritajiet tal-Unjoni Ewropea li huma responsabbli għall-Attivitajiet taż-Żejt u tal-Gass li Jitwettqu lil hinn mill-Kosta (EUOAG), u li tkun involuta f'konsultazzjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti mal-industrija, partijiet interessati oħrajn u l-Kummissjoni. Għall-Istati Membri li m'għandhomx operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi riċevuta mill-punti ta' kuntatt maħtura skont l-Artikolu 32(1). 2. L-iskambju ta' għarfien, informazzjoni u esperjenza skont il-paragrafu 1 għandu jikkonċerna, b’mod partikolari, il-funzjonament tal-miżuri għall-ġestjoni tar-riskji, il-prevenzjoni tal-aċċidenti kbar, il-verifika tal-konformità u r-rispons għal emerġenza relatati mal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore ġewwa l-Unjoni, kif ukoll barra mill-Unjoni fejn adatt. 3. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorita kompetenti tiegħu tieħu sehem fl-istabbiliment ta' prijoritajiet konġunti ċari għat-tħejjija u l-aġġornament ta' standards u gwida sabiex jiġu identifikati u ffaċilitati l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni konsistenti tal-aħjar prattiki fl-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore. 4. Sad-19 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Istati Membri dwar l-adegwatezza tar-riżorsi ta' esperti nazzjonali sabiex jaderixxu mal-funzjonijiet regolatorji skont din id-Direttiva li, jekk meħtieġ għandu jinkludi proposti sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha jkollhom aċċess għal riżorsi esperti adegwati. 5. Sad-19 ta’ Lulju 2016, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miżuri nazzjonali li għandhom stabbiliti fir-rigward tal-aċċess għall-għarfien, assi u riżorsi ta' esperti, inklużi l-ftehimiet formali skont l-Artikolu 8(6). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|