|
+Artikolu 41 Traspożizzjoni ---+Article 41 1. ---+Article 41 2. ---+Article 41 3. ---+Article 41 4. ---+Article 41 5. |
Artikolu 41 TraspożizzjoniArtikolu 41 Traspożizzjoni 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sad-19 ta’ Lulju 2015. Huma għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b’dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir referenza bħal din għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. 3. B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, u suġġett għal paragrafu 5,l-Istati Membri b'ilmijiet offshore li m'għandhomx operazzjonijiet ta' żejt u gass offshore skont il-ġurisdizzjoni tagħhom, u li ma jippjanawx li jilliċenzjaw operazzjonijiet bħal dawn, għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan u jkunu obbligati jdaħħlu fis-seħħ, sad-19 ta’ Lulju 2015, biss dawk il-miżuri li huma meħtieġa biex tiġi żgurata konformità mal-Artikoli 20a, 32 u 34. Tali Stati Membri ma jistgħux jilliċenzjaw operazzjonijiet bħal dawn qabel ma jkunu ttrasponew u implimentaw id-dispożizzjonijiet l-oħra ta' din id-Direttiva u għarrfu lill-Kummissjoni b'dan. 4. B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, u suġġett għal paragrafu 5, Stati Membri mingħajr kosta għandhom ikunu jkunu obbligati jdaħħlu fis-seħħ, sad-19 ta’ Lulju 2015, biss dawk il-miżuri li huma meħtieġa biex tiġi żgurata konformità mal-Artikoli 20. 5. B'deroga mill-paragrafi 1, 3 u 4, fejn, fit-18 ta’ Lulju 2013, l-ebda kumpannija li twettaq operazzjonijiet koperti mill-Artikolu 20 ma tkun irreġistrata fi Stat Membru li jaqgħu fl-ambitu tal-paragrafu 3 jew 4, dak l-Istat Membru għandu jkun obbligat li jdaħħal fis-seħħ dawk il-miżuri li huma meħtieġa sabiex jiżguraw il-konformita mal-Artikolu20 biss minn 12-il xahar wara kwalunkwe reġistrazzjoni aktar tard ta' kumpannija ta' dan it-tip f' dak l-Istat Membru jew sad-19 ta’ Lulju 2015, skont liema hu l-aktar tard. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|