+KAPITOLU IX DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
---+Artikolu 34 Penali
---+Artikolu 35 Setgħat iddelegati tal-Kummissjoni
---+Artikolu 36 Eżerċizzju tad-delega
------+Article 36 1.
------+Article 36 2.
------+Article 36 3.
------+Article 36 4.
------+Article 36 5.
---+Artikolu 37 Proċedura ta' kumitat
------+Article 37 1.
------+Article 37 2.
---+Artikolu 38 Emenda għad-Direttiva 2004/35/KE
------+Article 38 1.
------+Article 38 2.
---+Artikolu 39 Rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill
------+Article 39 1.
------+Article 39 2.
------+Article 39 3.
---+Artikolu 40 Rapport u rieżami
------+Article 40 1.
------+Article 40 2.
---+Artikolu 41 Traspożizzjoni
------+Article 41 1.
------+Article 41 2.
------+Article 41 3.
------+Article 41 4.
------+Article 41 5.
---+Artikolu 42 Dispożizzjonijiet ta’ tranżizzjoni
------+Article 42 1.
------+Article 42 2.
---+Artikolu 43 Dħul fis-seħħ
---+Artikolu 44 Destinatarji

KAPITOLU IX DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

KAPITOLU IX DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 34 Penali

Artikolu 34

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sad-19 ta’ Lulju 2015 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 35 Setgħat iddelegati tal-Kummissjoni

Artikolu 35

Setgħat iddelegati tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 36 sabiex tadatta l-Annessi I, II, VI u VII biex jinkludu aktar informazzjoni li tista' tkun meħtieġa fid-dawl tal-progress tekniku. Adattamenti bħal dawn m'għandhomx iwasslu għal bidliet sostanzjali fl-obbligi kif stipulat f'din id-Direttiva.

Artikolu 36 Eżerċizzju tad-delega

Artikolu 36

Eżerċizzju tad-delega

1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati soġġett għall-kundizzjonijiet li jinsabu f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 35 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mit-18 ta’ Lulju 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi taċitament estiża għal perijodi ta' tul ta' żmien identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn erba' xhur qabel tmiem kull perijodu.

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 35 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha twaqqaf id-delega ta' setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ il-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata hemmhekk. Ma għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat diġà fis-seħħ.

4.  Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha għandha tinnotifika dan, simultanjament, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 35 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 37 Proċedura ta' kumitat

Artikolu 37

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 38 Emenda għad-Direttiva 2004/35/KE

Artikolu 38

Emenda għad-Direttiva 2004/35/KE

1.  Fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2004/35/KE, punt (b) għandu jinbidel b’dan li ġej:

‘(b) 

‘ħsara lill-ilma’, li hija kwalunkwe ħsara li taffettwa ħażin b’mod sinifikanti

(i) 

l-istatus ekoloġiku, kimiku jew kwantitattiv jew il-potenzjal ekoloġiku, kif iddefiniti fid-Direttiva 2000/60/KE, tal-ilmijiet kkonċernati, bl-eċċezzjoni tal-effetti ħżiena meta japplika l-Artikolu 4(7) ta’ dik id-Direttiva, jew

(ii) 

l-istatus ambjentali tal-ilmijiet tal-baħar ikkonċernati, kif iddefiniti fid-Direttiva 2008/56/KE, safejn aspetti partikolari tal-istatus ambjentali tal-ambjent tal-baħar mhumiex diġà indirizzati permezz tad-Direttiva 2000/60/KE;’

2.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-paragrafu 1 sad-19 ta’ Lulju 2015. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih b’dan.

Artikolu 39 Rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill

Artikolu 39

Rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill

1.  Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2014, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar id-disponibbiltà ta' strumenti ta' garanzija finanzjarja, u dwar il-ġestjoni tat-talbiet għal kumpens, kif xieraq, flimkien ma’ proposti.

2.  Il-Kummissjoni għandha sad-19 ta’ Lulju 2015, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport, dwar il-valutazzjoni tagħha tal-effettività tar-regimi tar-responsabbiltà fl-Unjoni fir-rigward tal-ħsarat ikkawżati minn operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore. Dak ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni dwar l-adegwatezza tat-twessiegħ tad-dispożizzjonijiet tar-responsabbiltà. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposti.

3.  Il-Kummissjoni għandha teżamina l-adegwatezza li tpoġġi ċertu kondotta li twassal għal aċċident kbir taħt l-ambitu tad-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali ( 6 ). Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2014, tippreżenta rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fejn xieraq akkumpanjat minn proposti leġislattivi, dment li l-informazzjoni xierqa tkun disponibbli mill-Istati Membri.

Artikolu 40 Rapport u rieżami

Artikolu 40

Rapport u rieżami

1.  Mhux aktar tard mid-19 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tieħu kont debitu tal-isforzi u l-esperjenzi tal-awtoritajiet kompetenti, tevalwa l-esperjenza tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

2.  Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-konklużjonijiet ta' dik l-evalwazzjoni. Dak ir-rapport għandu jinkludi kull proposta xierqa eventwali biex tiġi emendata din id-Direttiva.

Artikolu 41 Traspożizzjoni

Artikolu 41

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sad-19 ta’ Lulju 2015.

Huma għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b’dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir referenza bħal din għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

3.  B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, u suġġett għal paragrafu 5,l-Istati Membri b'ilmijiet offshore li m'għandhomx operazzjonijiet ta' żejt u gass offshore skont il-ġurisdizzjoni tagħhom, u li ma jippjanawx li jilliċenzjaw operazzjonijiet bħal dawn, għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan u jkunu obbligati jdaħħlu fis-seħħ, sad-19 ta’ Lulju 2015, biss dawk il-miżuri li huma meħtieġa biex tiġi żgurata konformità mal-Artikoli 20a, 32 u 34. Tali Stati Membri ma jistgħux jilliċenzjaw operazzjonijiet bħal dawn qabel ma jkunu ttrasponew u implimentaw id-dispożizzjonijiet l-oħra ta' din id-Direttiva u għarrfu lill-Kummissjoni b'dan.

4.  B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, u suġġett għal paragrafu 5, Stati Membri mingħajr kosta għandhom ikunu jkunu obbligati jdaħħlu fis-seħħ, sad-19 ta’ Lulju 2015, biss dawk il-miżuri li huma meħtieġa biex tiġi żgurata konformità mal-Artikoli 20.

5.  B'deroga mill-paragrafi 1, 3 u 4, fejn, fit-18 ta’ Lulju 2013, l-ebda kumpannija li twettaq operazzjonijiet koperti mill-Artikolu 20 ma tkun irreġistrata fi Stat Membru li jaqgħu fl-ambitu tal-paragrafu 3 jew 4, dak l-Istat Membru għandu jkun obbligat li jdaħħal fis-seħħ dawk il-miżuri li huma meħtieġa sabiex jiżguraw il-konformita mal-Artikolu20 biss minn 12-il xahar wara kwalunkwe reġistrazzjoni aktar tard ta' kumpannija ta' dan it-tip f' dak l-Istat Membru jew sad-19 ta’ Lulju 2015, skont liema hu l-aktar tard.

Artikolu 42 Dispożizzjonijiet ta’ tranżizzjoni

Artikolu 42

Dispożizzjonijiet ta’ tranżizzjoni

1.  B'rabta mas-sidien, operaturi ta' installazzjonijiet ta' produzzjoni ppjanati u operaturi li qed jippjanaw jew jeżegwixxu operazzjonijiet ta' bjar, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati skont l-Artikolu 41 sad-19 ta’ Lulju 2016.

2.  B'rabta mal-installazzjonijiet eżistenti, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati skont l-Artikolu 41 mid-data tar-reviżjoni regolatorja skedata tad-dokumentazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju sa mhux aktar tard mid-19 ta’ Lulju 2018.

Artikolu 43 Dħul fis-seħħ

Artikolu 43

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 44 Destinatarji

Artikolu 44

Destinatarji

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0030
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.