+ANNESS IV

ANNESS IV

ANNESS IV

Dispożizzjonijiet mill-operaturi u s-sidien għall-prevenzjoni ta' aċċidenti kbar skont l-Artikolu 19

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi u s-sidien:

(a) 

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-evalwazzjoni tar-rekwiżiti ta' affidabbiltà u integrità tas-sistemi kruċjali ambjentali u ta' sikurezza kollha u jibbażaw is-sistemi ta' spezzjoni u manutenzjoni tagħhom fuq il-kisba tal-livell meħtieġ ta’ integrità ta' sikurezza u ambjentali;

(b) 

jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw sa fejn ikun raġonevolment fattibbli li m'hemm l-ebda ħruġ mhux ippjanat ta' sustanzi perikolużi minn pajpijiet, bastimenti u sistemi maħsuba biex iżommuhom magħluqin b'mod sikur. Barra minn hekk, l-operaturi u s-sidien għandhom jiżguraw li l-ebda falliment waħdieni ta’ lqugħ ta' sustanzi ma jista’ jwassal għal aċċident kbir ta’ periklu;

(c) 

iħejju inventarju tat-tagħmir disponibbli, is-sjieda tiegħu, fejn jinsab, it-trasport għal u l-mod ta' użu fl-installazzjoni u kull entità rilevanti għall-implimentazzjoni tal-pjan intern ta’ rispons għal emerġenza. L-inventarju għandu jidentifika l-miżuri fis-seħħ biex ikun żgurat li t-tagħmir u l-proċeduri jinżammu f’kundizzjoni operabbli;

(d) 

jiżguraw li għandhom qafas adattat għall-monitoraġġ tal-konformità mad-dispożizzjoinijiet statutorji rilevanti kollha billi jinkorporaw id-dmirijiet statutorji tagħhom fir-rigward tal-kontroll ta' perikli kbar u l-protezzjoni ambjentali fil-proċeduri operattivi standard tagħhom; u

(e) 

jagħtu attenzjoni partikolari għall-bini u ż-żamma ta’ kultura tas-sikurezza b’saħħitha bi probabbiltà għolja ta’ operazzjoni sikura kontinwa, li tinkludi fir-rigward tal-iżgurar tal-kooperazzjoni tal-forza tax-xogħol permezz ta', fost l-oħrajn:

(i) 

impenn viżibbli għal konsultazzjonijiet bejn tliet partijiet u azzjonijiet li joħorġu minnhom;

(ii) 

l-inkoraggiment u l-premjazzjoni ta' rappurtar ta' aċċidenti u oħrajn li kważi seħħew;

(iii) 

il-ħidma effettiva ma' rappreżentanti tas-sigurtà eletti;

(iv) 

il-protezzjoni ta’ min jikxef l-abbużi.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-industrija tikkoopera ma l-awtoritajiet kompetenti biex tistabbilixxi u timplimenta pjan ta' prijorità għall-iżvilupp ta’ standards, gwida u regoli li ser idaħħlu fis-seħħ l-aħjar prattika fil-prevenzjoni ta' aċċident kbir u l-limitazzjoni tal-konsegwenzi ta' aċċidenti kbar jekk minkejja kollox iseħħu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0030
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.