+ANNESS V

ANNESS V

ANNESS V

Għażla tal-verifkatur indipendenti u d-disinn tal-iskemi ta' verifika indipendenti skont l-Artikolu 17(3).

1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operatur jew is-sid jirrikjedu li l-kondizzjonijiet li ġejjin fir-rigward tal-indipendenza tal-verifikatur mill-operatur u s-sid:

(a) 

il-funzjoni ma teħtieġx li l-verifikatur iqis ebda aspett ta’ element kritiku ambjentali u ta' sikurezza jew ebda parti ta' installazzjoni jew bir jew disinn ta' bir li kien involut fih il-verifikatur qabel l-attività ta' verifika jew fejn l-oġġettività tiegħu jew tagħha tista’ tiġi kompromessa;

(b) 

il-verifikatur indipendenti huwa indipendenti biżżejjed minn sistema ta' ġestjoni li għandha, jew kellha, kwalunkwe responsabbiltà għal kwalunkwe aspett ta' komponent kopert mikll-iskema ta' verifika indipendenti jew eżami ta' bir sabiex tiżgura l-oġġettività fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu jew tagħha fi ħdan l-iskema;

2. L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-operatur jew is-sid jiżguraw li, fir-rigward tal-iskema għal verifika indipendenti relatata ma installazzjoni jew bir, il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:

(a) 

il-verifikatur indipendenti jkollu kompetenza teknika adegawata, inkluż fejn meħtieġ, persunal kwalifikat u ta' esperjenza kif xieraq f’għadd adegwat li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt 1 ta' dan l-Anness;

(b) 

il-kompiti taħt l-iskema ta' verifika indipendenti huma allokati kif xieraq mill-verifikatur indipendenti lill-persunal kwalifikat biex iwettaqhom;

(c) 

ikunu stabbiliti arranġamenti xierqa għall-fluss ta' informazzjoni bejn l-operatur jew is-sid u l-verifikatur indipendenti;

(d) 

il-verifikatur indipendenti jingħata biżżejjed awtorità biex ikun jista’ jwettaq il-funzjonijiet b'mod effettiv.

3. Bidliet materjali għandhom jiġu riferuti lill-verifikatur indipendenti biex iwettaq verifika ulterjuri f'konformità mal-iskema ta' verifika indipendenti, u r-riżultati ta’ tali verifika ulterjuri għandhom jiġu kkomunikati lill-awtorità kompetenti, jekk dan ikun mitlub.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0030
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.