|
+ANNESS VI |
ANNESS VIANNESS VI Informazzjoni marbuta mal-prijoritajiet għal kooperazzjoni bejn l-operaturi u s-sidien u l-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 19(7) Il-kwistjonijiet li għandhom jitqiesu biex jiġu stabbiliti l-prijoritajiet għall-iżvilupp ta' standards u gwida għandhom jagħtu effett prattiku għall-prevenzjoni ta' aċċidenti kbar u l-limitazzjoni tal-konsegwenzi tagħhom. Il-kwistjonijiet għandhom jinkludu:
(a)
it-tijib tal-integrità tal-bir, it-tagħmir ta’ kontroll tal-bir u l-ilqugħ u l-monitoraġġ tal-effettività tagħhom;
(b)
it-titjib tal-konteniment primarju;
(c)
it-titjib tal-konteniment sekondarju li jirrestrinġi l-eskalazzjoni ta' aċċident kbir fil-bidu tiegħu, inklużi splużjonijiet ta' bjar;
(d)
teħid ta’ deċiżjonijiet affidabbli;
(e)
ġestjoni u s-superviżjoni ta' operazzjonijiet ta’ periklu kbir;
(f)
kompetenza ta' dawk f'karigi ewlenin;
(g)
ġestjoni effettiva tar-riskju;
(h)
valutazzjoni tal-affidabbiltà għas-sistemi kruċjali ambjentali u ta' sikurezza;
(i)
indikaturi ewlenin ta' prestazzjoni;
(j)
integrazzjoni effettiva tas-sistemi ta' ġestjoni ambjentali u ta' sikurezza bejn l-operaturi u s-sidien u entitajiet oħrajn involuti f’operazzjonijiet taż-żejt u l-gass. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|