1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li persuna ġuridika miżmuma responsabbli taħt l-Artikolu 10(1) tkun punibbli b’sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, li għandhom jinkludu multi kriminali jew mhux kriminali u li jistgħu jinkludu sanzjonijiet oħra, bħal:
|
(a)
|
l-esklużjoni mid-dritt għal benefiċċji pubbliċi jew għajnuna pubblika;
|
|
(b)
|
l-iskwalifika temporanja jew permanenti mill-prattika ta’ attivitajiet kummerċjali;
|
|
(c)
|
it-tqegħid taħt is-sorveljanza tal-qorti;
|
|
(d)
|
l-istralċ ġudizzjarju;
|
|
(e)
|
l-għeluq temporanju jew permanenti ta’ stabbilimenti li setgħu ntużaw biex isir ir-reat.
|