+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
|
Artikolu 3 Definizzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1.
|
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“bastiment” ifisser vapur ta’ kull tip li jopera jew li kien jopera fl-ambjent marittimu u jinkludi sommersibbli, inġenji tal-baħar galleġġjanti, pjattaformi li ma jegħrqux, pjattaformi awtoelevati, unitajiet galleġġjanti tal-ħażna (Floating Storage Units (FSUs)) u unitajiet galleġġjanti tal-produzzjoni tal-ħażna u tal-ħatt (Floating Production Storage and Offloading Units (FSPOs)), kif ukoll vapur żarmat mit-tagħmir jew li jkun qed jiġi rmunkat;
(2)
“bastiment ġdid” ifisser bastiment li għalih:
(a)
il-kuntratt ta’ kostruzzjoni ikun ġie stipulat fid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament; jew
(b)
fin-nuqqas ta’ kuntratt ta’ kostruzzjoni, i l-prim ikun tqiegħed jew il-bastiment ikun fi stadju simili ta’ kostruzzjoni sitt xhur wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew wara, jew
(c)
il-kunsinna ssir tletin xahar wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew wara;
(3)
“tanker” ifisser tanker taż-żejt kif definit fl-Anness I għall-Konvenzjoni għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti (il-“Konvenzjoni MARPOL”) jew tanker ta’ Sustanzi Likwidi Noċivi (NLS) kif definit fl-Anness II għal dik il-Konvenzjoni;
(4)
“materjal perikoluż” ifisser kwalunkwe materjal jew sustanza li jista’ joħloq perikli għas-saħħa tal-bniedem u/jew għall-ambjent;
(5)
“skart iġġenerat mill-operat” ifisser ilma mormi u residwi ġġenerati minn operazzjoni normali tal-bastimenti suġġetti għar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni MARPOL;
(6)
“riċiklaġġ tal-bastimenti” ifisser attività ta’ żarmar komplet jew parzjali ta’ bastiment f’faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti sabiex ikunu rkuprati komponenti u materjali għall-ipproċessar mill-ġdid, għall-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid jew għall-użu mill-ġdid filwaqt li tiġi żgurata l-ġestjoni tal-materjali perikolużi u oħrajn, u tinkludi operazzjonijiet assoċjati bħall-ħżin u t-trattament ta’ komponenti u materjali fuq is-sit iżda mhux l-ipproċessar ulterjuri tagħhom jew ir-rimi f’faċilitajiet separati;
(7)
“faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti” ifisser żona definita li hija tarzna jew faċilità mibnija li tinsab fi Stat Membru jew f’pajjiż terz u użata għar-riċiklaġġ tal-bastimenti;
(8)
“kumpannija ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti” ifisser, is-sid tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra li tkun ħadet ir-responsabbiltà għall-operazzjoni tal-attività tar-riċiklaġġ tal-bastiment mis-sid tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti;
(9)
“amministrazzjoni” ifisser awtorità governattiva nominata minn Stat Membru bħala responsabbli għal kompiti relatati ma’ bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jew għal bastimenti li joperaw taħt l-awtorità tagħha;
(10)
“organizzazzjoni rikonoxxuta” ifisser organizzazzjoni rikonoxxuta skont ir- Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
);
(11)
“awtorità kompetenti” ifisser awtorità jew awtoritajiet governattiva(i) nominata(i) minn Stat Membru jew pajjiż terz bħala responsabbli għal faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, f’żona ġeografika speċifikata jew f’qasam espert, relatati mal-operazzjonijiet kollha fil-ġurisdizzjoni ta’ dak l-istat;
(12)
“tunnellaġġ gross” ifisser it-tunnellaġġ gross (gross tonnage (GT)) ikkalkulat skont ir-regolamenti dwar il-kejl tat-tunnellaġġ li jinsabu fl-Anness I għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kejl tat-Tunnellaġġ tal-Bastimenti, 1969 jew kwalunkwe konvenzjoni suċċessiva;
(13)
“persuna kompetenti” ifisser persuna li għandha kwalifiki u taħriġ adegwati u għarfien, esperjenza u ħila suffiċjenti, sabiex tagħmel ix-xogħol speċifiku;
(14)
“sid ta’ bastiment” ifisser persuna naturali jew legali rreġistrata bħala s-sid tal-bastiment inkluża persuna naturali jew legali li għandha s-sjieda tal-bastiment għal perijodu limitat sakemm jinbiegħ jew jittieħed f’faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, jew fin-nuqqas ta’ reġistrazzjoni, il-persuna naturali jew legali li hija s-sid tal-bastiment jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra, bħall-amministratur jew in-nolleġġatur tal-bareboat, li ħadet ir-responsabbiltà għall-operat tal-bastiment mis-sid tal-bastiment, u l-persuna legali li topera bastiment proprjetà tal-Istat;
(15)
“installazzjoni ġdida” ifisser l-installazzjoni ta’ sistemi, tagħmir, iżolazzjoni jew materjal ieħor fuq bastiment wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;
(16)
“pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti” ifisser pjan żviluppat mill-operatur ta’ faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti għal kull bastiment speċifiku li jkun riċiklat taħt ir-responsabbiltà tiegħu b’kont meħud tal-linji gwida u r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal- OMI;
(17)
“pjan għall-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti” ifisser pjan ippreparat mill-operatur tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti u adottat mill-bord jew mill-korp governattiv xieraq tal-kumpannija ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jiddeskrivi l-proċessi u proċeduri operattivi involuti fir-riċiklaġġ tal-bastimenti fil-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti u li jkopri b’mod partikolari s-sigurtà u t-taħriġ tal-ħaddiema, il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-persunal, it-tħejjija u r-rispons għall-emerġenza u s-sistemi ta’ monitoraġġ, rappurtar u ż-żamma ta’ reġistri, filwaqt li jieħu kont tal-linji gwida u riżoluzzjonijiet rilevanti tal-OMI;
(18)
“sikur għad-dħul” iffisser spazju li jissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:
(a)
il-kontenut tal-ossiġnu fl-atmosfera u l-konċentrazzjoni ta’ fwar li jaqbad malajr huma f’limiti sikuri;
(b)
kwalunkwe materjal tossiku fl-atmosfera huwa f’konċentrazzjoni permessibbli;
(c)
kwalunkwe residwu u materjal assoċjat max-xogħol awtorizzat mill-persuna kompetenti ma jipproduċix rilaxx inkontrollabbli ta’ materjali tossiċi jew konċentrazzjoni perikoluża ta’ fwar li jaqbad malajr taħt kundizzjonijiet atmosferiċi eżistenti filwaqt li jinżamm skont l-istruzzjonijiet;
(19)
“sikur għal xogħol f’temperatura għolja” iffisser spazju li jissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:
(a)
ikun hemm kundizzjonijiet sikura fejn ma jistgħux isseħħu splużjonijiet, inkluż ta’ status mingħajr gass, għall-użu ta’ tagħmir tal-issaldjar li jaħdem bl-ark elettriku jew bil-gass, tagħmir għall-qtugħ jew għall-ħruq jew forom oħra ta’ fjamma mikxufa, kif ukoll operazzjonijiet għat-tisħin, għat-tifrik u li jiġġeneraw l-ispark;
(b)
ikunu ssodisfati l-kriterji sikur għad-dħul stabbiliti fil-punt 18;
(c)
il-kundizzjonijiet atmosferiċi eżistenti ma jinbidlux minħabba x-xogħol f’temperatura għolja;
(d)
l-ispazji adjaċenti kollha jkunu tnaddfu, inġabu inerti jew ġew trattati b’mod suffiċjenti biex jevitaw li jibdew jew li jinxterdu nirien;
(20)
“dikjarazzjoni ta’ tlestija” ifisser dikjarazzjoni ta’ konferma maħruġa mill-operatur tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li r-riċiklaġġ tal-bastiment tlesta f’konformità ma’ dan ir-Regolament;
(21)
“ċertifikat tal-inventarju” ifisser ċertifikat speċifiku għal bastimenti li jinħareg lill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru, li jkun konformi mal-Artikolu 9 u li jkun supplimentat b’inventarju ta’ materjali perikolużi skont l-Artikolu 5;
(22)
“ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ” ifisser ċertifikat speċifiku għal bastiment li jinħareġ lill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru, li jkun konformi mal-Artikolu 9(9) u li jkun supplimentat b’inventarju tal-materjali perikolużi f’konformità mal-Artikolu 5(7) u l-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti approvat f’konformità mal-Artikolu 7;
(23)
“ċertifikat ta’ konformità” ifisser ċertifikat speċifiku għal bastiment li jinħareg lill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ pajjiż terz u li jkun supplimentat b’inventarju ta’ materjali perikolużi skont mal-Artikolu 12;
(24)
“tunnellati ta’ spostament ħafif (Light Displacement Tonnes (LDT))” ifisser il-piż ta’ bastiment f’tunnellati mingħajr merkanzija, karburant, żejt lubrifikanti fit-tankijiet tal-ħażna, ilma tas-saborra, ilma ħelu, ilma ta’ alimentazzjoni, ħażniet għall-ikkunsmar, passiġġieri u l-ekwipaġġ u l-affarijiet tagħhom u huwa t-total tal-piż tal-buq, l-istruttura, il-makkinarju, it-tagħmir u l-fittings tal-bastiment.
|
|
Artikolu 3 2.
|
►M2
Għall-finijiet tal-Artikolu 6(2)(a), l-Artikolu 7(2)(d) u l-Artikoli 13, 15 u 16, ◄
(a)
“skart”, “skart perikoluż”, “trattament” u “maniġġar tal-iskart” għandhom l-istess tifsira bħal fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE;
(b)
“spezzjoni tas-sit” ifisser spezzjoni tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet fis-sit ikunux konsistenti ma’ dawk deskritti fid-dokumentazzjoni rilevanti provduta;
(c)
“ħaddiem” ifisser kwalunkwe persuna li tagħmel xogħol, kemm jekk b’mod regolari kif ukoll b’mod temporanju, fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ impjieg inkluż il-persunal li jaħdem għal kuntratturi u sottokuntratturi;
(d)
“ġestjoni li tħares l-ambjent” ifisser li jittieħdu l-passi prattikabbli kollha sabiex jiġi żgurat li l-iskart u l-materjali perikolużi jkunu ġestiti b’mod li jipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent kontra effetti ħżiena li jistgħu jirriżultaw minn tali materjali u skart.
|
|
Artikolu 3 3.
|
Għall-finijiet tal-punt 13 tal-paragrafu 1, persuna kompetenti tista’ tkun ħaddiem imħarreġ jew ħaddiem maniġerjali li huwa kapaċi jirrikonoxxi u jevalwa perikli fuq il-post tax-xogħol, riskji u l-esponiment tal-ħaddiema għal materjali perikolużi potenzjali jew kundizzjonijiet mhux sikuri f’faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti u li tkun kapaċi tispeċifika l-protezzjoni neċessarja u l-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu biex ikunu eliminati jew imnaqqsa dawk il-perikli, riskji jew dik l-esposizzjoni. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
2
), l-awtorità kompetenti tista’ tiddefinixxi kriterji xierqa għan-nomina ta’ dawn il-persuni u tista’ tiddetermina l-kompiti li għandhom ikunu assenjati lilhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1257
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|