|
+Artikolu 3 1. |
Artikolu 3 1.Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“bastiment” ifisser vapur ta’ kull tip li jopera jew li kien jopera fl-ambjent marittimu u jinkludi sommersibbli, inġenji tal-baħar galleġġjanti, pjattaformi li ma jegħrqux, pjattaformi awtoelevati, unitajiet galleġġjanti tal-ħażna (Floating Storage Units (FSUs)) u unitajiet galleġġjanti tal-produzzjoni tal-ħażna u tal-ħatt (Floating Production Storage and Offloading Units (FSPOs)), kif ukoll vapur żarmat mit-tagħmir jew li jkun qed jiġi rmunkat;
(2)
“bastiment ġdid” ifisser bastiment li għalih:
(a)
il-kuntratt ta’ kostruzzjoni ikun ġie stipulat fid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament; jew
(b)
fin-nuqqas ta’ kuntratt ta’ kostruzzjoni, i l-prim ikun tqiegħed jew il-bastiment ikun fi stadju simili ta’ kostruzzjoni sitt xhur wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew wara, jew
(c)
il-kunsinna ssir tletin xahar wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew wara;
(3)
“tanker” ifisser tanker taż-żejt kif definit fl-Anness I għall-Konvenzjoni għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti (il-“Konvenzjoni MARPOL”) jew tanker ta’ Sustanzi Likwidi Noċivi (NLS) kif definit fl-Anness II għal dik il-Konvenzjoni;
(4)
“materjal perikoluż” ifisser kwalunkwe materjal jew sustanza li jista’ joħloq perikli għas-saħħa tal-bniedem u/jew għall-ambjent;
(5)
“skart iġġenerat mill-operat” ifisser ilma mormi u residwi ġġenerati minn operazzjoni normali tal-bastimenti suġġetti għar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni MARPOL;
(6)
“riċiklaġġ tal-bastimenti” ifisser attività ta’ żarmar komplet jew parzjali ta’ bastiment f’faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti sabiex ikunu rkuprati komponenti u materjali għall-ipproċessar mill-ġdid, għall-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid jew għall-użu mill-ġdid filwaqt li tiġi żgurata l-ġestjoni tal-materjali perikolużi u oħrajn, u tinkludi operazzjonijiet assoċjati bħall-ħżin u t-trattament ta’ komponenti u materjali fuq is-sit iżda mhux l-ipproċessar ulterjuri tagħhom jew ir-rimi f’faċilitajiet separati;
(7)
“faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti” ifisser żona definita li hija tarzna jew faċilità mibnija li tinsab fi Stat Membru jew f’pajjiż terz u użata għar-riċiklaġġ tal-bastimenti;
(8)
“kumpannija ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti” ifisser, is-sid tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra li tkun ħadet ir-responsabbiltà għall-operazzjoni tal-attività tar-riċiklaġġ tal-bastiment mis-sid tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti;
(9)
“amministrazzjoni” ifisser awtorità governattiva nominata minn Stat Membru bħala responsabbli għal kompiti relatati ma’ bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jew għal bastimenti li joperaw taħt l-awtorità tagħha;
(10)
“organizzazzjoni rikonoxxuta” ifisser organizzazzjoni rikonoxxuta skont ir- Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
(11)
“awtorità kompetenti” ifisser awtorità jew awtoritajiet governattiva(i) nominata(i) minn Stat Membru jew pajjiż terz bħala responsabbli għal faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, f’żona ġeografika speċifikata jew f’qasam espert, relatati mal-operazzjonijiet kollha fil-ġurisdizzjoni ta’ dak l-istat;
(12)
“tunnellaġġ gross” ifisser it-tunnellaġġ gross (gross tonnage (GT)) ikkalkulat skont ir-regolamenti dwar il-kejl tat-tunnellaġġ li jinsabu fl-Anness I għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kejl tat-Tunnellaġġ tal-Bastimenti, 1969 jew kwalunkwe konvenzjoni suċċessiva;
(13)
“persuna kompetenti” ifisser persuna li għandha kwalifiki u taħriġ adegwati u għarfien, esperjenza u ħila suffiċjenti, sabiex tagħmel ix-xogħol speċifiku;
(14)
“sid ta’ bastiment” ifisser persuna naturali jew legali rreġistrata bħala s-sid tal-bastiment inkluża persuna naturali jew legali li għandha s-sjieda tal-bastiment għal perijodu limitat sakemm jinbiegħ jew jittieħed f’faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, jew fin-nuqqas ta’ reġistrazzjoni, il-persuna naturali jew legali li hija s-sid tal-bastiment jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra, bħall-amministratur jew in-nolleġġatur tal-bareboat, li ħadet ir-responsabbiltà għall-operat tal-bastiment mis-sid tal-bastiment, u l-persuna legali li topera bastiment proprjetà tal-Istat;
(15)
“installazzjoni ġdida” ifisser l-installazzjoni ta’ sistemi, tagħmir, iżolazzjoni jew materjal ieħor fuq bastiment wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;
(16)
“pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti” ifisser pjan żviluppat mill-operatur ta’ faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti għal kull bastiment speċifiku li jkun riċiklat taħt ir-responsabbiltà tiegħu b’kont meħud tal-linji gwida u r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal- OMI;
(17)
“pjan għall-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti” ifisser pjan ippreparat mill-operatur tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti u adottat mill-bord jew mill-korp governattiv xieraq tal-kumpannija ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jiddeskrivi l-proċessi u proċeduri operattivi involuti fir-riċiklaġġ tal-bastimenti fil-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti u li jkopri b’mod partikolari s-sigurtà u t-taħriġ tal-ħaddiema, il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-persunal, it-tħejjija u r-rispons għall-emerġenza u s-sistemi ta’ monitoraġġ, rappurtar u ż-żamma ta’ reġistri, filwaqt li jieħu kont tal-linji gwida u riżoluzzjonijiet rilevanti tal-OMI;
(18)
“sikur għad-dħul” iffisser spazju li jissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:
(a)
il-kontenut tal-ossiġnu fl-atmosfera u l-konċentrazzjoni ta’ fwar li jaqbad malajr huma f’limiti sikuri;
(b)
kwalunkwe materjal tossiku fl-atmosfera huwa f’konċentrazzjoni permessibbli;
(c)
kwalunkwe residwu u materjal assoċjat max-xogħol awtorizzat mill-persuna kompetenti ma jipproduċix rilaxx inkontrollabbli ta’ materjali tossiċi jew konċentrazzjoni perikoluża ta’ fwar li jaqbad malajr taħt kundizzjonijiet atmosferiċi eżistenti filwaqt li jinżamm skont l-istruzzjonijiet;
(19)
“sikur għal xogħol f’temperatura għolja” iffisser spazju li jissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:
(a)
ikun hemm kundizzjonijiet sikura fejn ma jistgħux isseħħu splużjonijiet, inkluż ta’ status mingħajr gass, għall-użu ta’ tagħmir tal-issaldjar li jaħdem bl-ark elettriku jew bil-gass, tagħmir għall-qtugħ jew għall-ħruq jew forom oħra ta’ fjamma mikxufa, kif ukoll operazzjonijiet għat-tisħin, għat-tifrik u li jiġġeneraw l-ispark;
(b)
ikunu ssodisfati l-kriterji sikur għad-dħul stabbiliti fil-punt 18;
(c)
il-kundizzjonijiet atmosferiċi eżistenti ma jinbidlux minħabba x-xogħol f’temperatura għolja;
(d)
l-ispazji adjaċenti kollha jkunu tnaddfu, inġabu inerti jew ġew trattati b’mod suffiċjenti biex jevitaw li jibdew jew li jinxterdu nirien;
(20)
“dikjarazzjoni ta’ tlestija” ifisser dikjarazzjoni ta’ konferma maħruġa mill-operatur tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li r-riċiklaġġ tal-bastiment tlesta f’konformità ma’ dan ir-Regolament;
(21)
“ċertifikat tal-inventarju” ifisser ċertifikat speċifiku għal bastimenti li jinħareg lill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru, li jkun konformi mal-Artikolu 9 u li jkun supplimentat b’inventarju ta’ materjali perikolużi skont l-Artikolu 5;
(22)
“ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ” ifisser ċertifikat speċifiku għal bastiment li jinħareġ lill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru, li jkun konformi mal-Artikolu 9(9) u li jkun supplimentat b’inventarju tal-materjali perikolużi f’konformità mal-Artikolu 5(7) u l-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti approvat f’konformità mal-Artikolu 7;
(23)
“ċertifikat ta’ konformità” ifisser ċertifikat speċifiku għal bastiment li jinħareg lill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ pajjiż terz u li jkun supplimentat b’inventarju ta’ materjali perikolużi skont mal-Artikolu 12;
(24)
“tunnellati ta’ spostament ħafif (Light Displacement Tonnes (LDT))” ifisser il-piż ta’ bastiment f’tunnellati mingħajr merkanzija, karburant, żejt lubrifikanti fit-tankijiet tal-ħażna, ilma tas-saborra, ilma ħelu, ilma ta’ alimentazzjoni, ħażniet għall-ikkunsmar, passiġġieri u l-ekwipaġġ u l-affarijiet tagħhom u huwa t-total tal-piż tal-buq, l-istruttura, il-makkinarju, it-tagħmir u l-fittings tal-bastiment. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|