+Artikolu 14 Awtorizzazzjoni ta’ faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu fi Stat Membru
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 14 5.
|
Artikolu 14 Awtorizzazzjoni ta’ faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu fi Stat Membru
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14 1.
|
Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet rilevanti oħrajn tal-liġi tal-Unjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jawtorizzaw faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu fit-territorju tagħhom u li jikkonformaw mar-rekwiżiti li jinsabu fl-Artikolu 13 biex iwettqu r-riċiklaġġ ta’ bastimenti. L-awtorizzazzjoni tista’ tingħata lill-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti rispettivi għal perijodu massimu ta’ ħames snin u mġedded skont il-każ. Sakemm ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament ikunu ssodisfati, kwalunkwe permess maħruġ skont dispożizzjonijiet rilevanti oħrajn tal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni jista’ jingħaqad mal-awtorizzazzjoni taħt dan l-Artikolu biex jifforma permess uniku, fejn tali format jippermetti li jiġu evitati d-duplikazzjoni mhux neċessarja ta’ informazzjoni u d-duplikazzjoni ta’ xogħol mill-operatur tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti jew mill-kumpannija ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti jew mill-awtorità kompetenti. F’dawk il-każijiet l-awtorizzazzjoni tista’ tiġi estiża f’konformità mar-reġim tal-permessi msemmi fl-ewwel subparagrafu, iżda li ma taqbiżx il-perijodu massimu ta’ ħames snin.
|
|
Artikolu 14 2.
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jaġġornaw lista tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jkunu awtorizzaw skont il-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 14 3.
|
Il-lista msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun ikkomunikata lill-Kummissjoni mingħajr dewmien u mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2015.
|
|
Artikolu 14 4.
|
Meta faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti ma tibqax tikkonforma mar-rekwiżiti kif jinsabu fl-Artikolu 13, l-Istat Membru fejn tkun tinsab il-faċilità ta’ riċiklaġġ ta’ bastimenti għandu jissospendi jew jirtira l-awtorizzazzjoni mogħtija lilha jew jitlob azzjonijiet ta’ korrezzjoni mill-kumpannija tar-riċiklaġġ tal-bastiment kkonċernata u għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dan mingħajr dewmien.
|
|
Artikolu 14 5.
|
Meta faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tkun ġiet awtorizzata skont il-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dan mingħajr dewmien.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1257
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|