+Artikolu 21 Rappurtar mill-Istati Membri
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.

Artikolu 21 Rappurtar mill-Istati Membri

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 21 1.

Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni rapport li jinkludi dan li ġej:

(a) 

lista tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu li għalihom inħareġ ċertikat ta’ bastiment li lest għar-riċiklaġġ u l-isem tal-kumpannija tar-riċiklaġġ tal-bastimenti u l-imkien tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti kif jidher fiċ-ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ;

(b) 

lista tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu li għalihom tkun waslet dikjarazzjoni ta’ tlestija;

(c) 

informazzjoni dwar riċiklaġġ tal-bastimenti illegali, penali u azzjonijiet ta’ segwitu mwettqa mill-Istat Membru.

Artikolu 21 2.
Kull rapport għandu jkopri tliet snin u għandu jintbagħat b’mod elettroniku lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn disa’ xhur wara tmiem il-perjodu ta’ tliet snin li huwa jkopri.

L-ewwel rapport elettroniku għandu jkopri l-perjodu ta’ tliet snin li jibda fid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 32(1). Fejn Stat Membru jawtorizza r-riċiklaġġ tal-bastimenti fil-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li huma inklużi fil-Lista Ewropea qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 26, l-ewwel rapport elettroniku ta’ dak l-Istat Membru għandu jkopri wkoll il-perijodu mid-data tat-tali awtorizzazzjoni sad-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sa mhux aktar tard minn disa’ xhur wara li tirċievi r-rapporti mill-Istati Membri.

Artikolu 21 3.
Il-Kummissjoni għandha ddaħħal din l-informazzjoni f’bażi tad-data elettronika li tkun aċċessibbli b’mod permanenti mill-pubbliku.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1257
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.