|
+ANNESS IV |
ANNESS IVANNESS IV STANDARDS MINIMI LI GĦANDHOM IKUNU APPLIKATI MILL-POPOLAZZJONI ATTWALMENT SOĠĠETTA GĦAR-RAPPORTAR L-aġenti li jirrapportaw għandhom jilħqu l-istandards minimi li ġejjin sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ rapportar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). 1. Standards minimi għat-trażmissjoni:
(a)
ir-rapportar irid ikun f’waqtu u fil-limiti tal-iskadenzi stabbiliti mill-BĊN rilevanti;
(b)
ir-rapporti statistiċi jridu jieħdu l-forma u l-format tagħhom mill-ħtiġijet tar-rapportar tekniku stabbiliti mill-BĊN relevanti;
(c)
l-aġent li jirrapporta għandu jipprovdi lill-BĊN rilevanti d-dettalji ta’ persuni ta’ kuntatt waħda jew aktar;
(d)
l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trażmissjoni tad-dejta lill-BĊNi rilevanti jridu jiġu segwiti. 2. Standards minimi għall-preċiżjoni:
(a)
it-tagħrif statistiku jrid ikun korrett: ir-restrizzjonijiet lineari kollha jridu jkunu sodisfatti (eż. is-subtotali jridu jaqblu mat-total), u d-dejta trid tkun konsistenti bejn il-frekwenzi kollha;
(b)
l-aġenti li jirrapportaw iridu jkunu kapaċi jagħtu tagħrif dwar l-iżviluppi implikati mid-dejta trażmessa;
(c)
it-tagħrif statistiku għandu jkun komplut u m’għandux ikun fih lakuni kontinwi u strutturali; lakuni eżistenti jridu jiġu rrikonoxxuti, spjegati lill-BĊN relevanti u, fejn applikabbli, mimlija mill-aktar fis;
(d)
l-aġenti li jirrapportaw iridu jsegwu l-politika tat-tqarrib stabbilita mill-BĊN relevanti għat-trażmissjoni teknika tad-dejta. 3. Standards minimi għal konformità mal-kunċetti:
(a)
it-tagħrif statistiku jrid ikun konformi mad-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet li jinsabu f’dan ir-Regolament;
(b)
f’każ ta' devjazzjonijiet minn dawn id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet, l-aġenti li jirrapportaw għandhom jimmonitorjaw u jikkwantifikaw id-differenza bejn il-miżura użata u l-miżura li tinsab f'dan ir-Regolament fuq bażi regolari;
(c)
l-aġenti li jirrapportaw iridu jkunu kapaċi jispjegaw nuqqasijiet fid-dejta trażmessa meta mqabbla maċ-ċifri tal-perijodi ta’ qabel. 4. Standards minimi għal reviżjonijiet: Il-politika tar-reviżjonijiet u l-proċeduri stabbiliti mill-BĊE u l-BĊN rilevanti jridu jiġu segwiti. Reviżjonijiet li jiddevjaw mir-reviżjonijiet regolari jridu jkunu akkumpanjati minn noti spjegattivi. ( 1 ) Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35). ( 2 ) Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|