+Artikolu 10 Obbligi tal-manifatturi
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.
---+Artikolu 10 6.
---+Artikolu 10 7.
---+Artikolu 10 8.
---+Artikolu 10 9.
---+Artikolu 10 10.
---+Artikolu 10 11.
---+Artikolu 10 12.

Artikolu 10 Obbligi tal-manifatturi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1.
Il-manifatturi, meta jqiegħdu t-tagħmir tar-radju tagħhom fis-suq, għandhom jiżguraw li dan ikun ġie iddisinjat u mmanifatturat skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3.
Artikolu 10 2.
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li t-tagħmir tar-radju għandu jkun mibni b'mod li jista' jiġi operat f'tal-inqas Stat Membru wieħed mingħajr ma jikser ir-rekwiżiti applikabbli dwar l-użu tal-ispettru tar-radju.
Artikolu 10 3.
Il-manifatturi għandhom ifasslu d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 21 u jwettqu l-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità relevanti msemmija fl-Artikolu 17 jew iqabbdu lil xi ħadd biex jagħmilha f'isimhom.

Fejn tkun intweriet il-konformità ta' tagħmir tar-radju mar-rekwiżiti applikabbli permezz ta' dik il-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità, il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE u jwaħħlu l-marka CE.

Artikolu 10 4.
Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta' konformita tal-UE għal 10 snin wara li l-apparat ta' pressjoni jkun tqiegħed fis-suq.
Artikolu 10 5.
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li jkunu ġew stabbiliti proċeduri biex il-produzzjoni tas-serje tibqa' konformi ma' din id-Direttiva. Għandhom jitqiesu b'mod adegwat dawk it-tibdiliet fid-disinn jew il-karatteristiċi tat-tagħmir tar-radju u t-tibdiliet fl-istandards armonizzati jew fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi oħra li b'referenza għalihom tiġi dikjarata l-konformità tat-tagħmir tar-radju.

Meta jitqies li jkun xieraq fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn tagħmir tar-radju, il-manifatturi għandhom, biex jipproteġu s-saħħa u s-sigurtàtal-utenti finali, jagħmlu testijiet kampjunarji tat-tagħmir tar-radju disponibbli fis-suq, jinvestigaw, u jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta' lmenti, ta' tagħmir tar-radju mhux konformi u ta' teħid lura tat-tagħmir tar-radju u għandhom iżommu lid-distributuri infurmati dwar kull monitoraġġ ta' dan it-tip.

Artikolu 10 6.
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li t-tagħmir tar-radju li huma jkunu qiegħdu fis-suq ikollu t-tip, il-partita jew in-numru tas-serje jew kull element ieħor biex ikun jista' jiġi identifikat, jew, jekk id-daqs jew natura tat-tagħmir tar-radju ma tippermettihx, li l-informazzjoni meħtieġa tingħata fuq l-imballaġġ jew f'dokument li jakkumpanja t-tagħmir tar-radju.
Artikolu 10 7.
Il-manifatturi, fuq it-tagħmir tar-radju, għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati jew, fejn id-daqs jew in-natura tat-tagħmir tar-radju ma jkunx jippermetti, fuq l-imballaġġ tiegħu, jew f'dokument li jakkumpanja t-tagħmir tar-radju. L-indirizz għandu jindika punt wieħed fejn jista' jiġi kuntattjat il-manifattur. Id-dettalji ta' kuntatt għandhom ikunu b'lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.
Artikolu 10 8.
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li t-tagħmir tar-radju jkun akkumpanjat minn struzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza. L-istruzzjonijiet għandhom jinkludu l-informazzjoni meħtieġa għall-użu tat-tagħmir tar-radju skont l-użu intiż tiegħu. Din l-informazzjoni għandha tinkludi, fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-aċċessorji u il-komponenti, inkluż is-software, li jippermettu lit-tagħmir tar-radju jopera kif intiż. Tali struzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza, kif ukoll kull tip ta’ tikkettar, għandhom ikunu ċari, jistgħu jinftiehmu u jintgħarfu.

Għandha tingħata wkoll l-informazzjoni li ġejja f’każ ta’ tagħmir tar-radju li intenzjonalment jibgħat mewġ tar-radju:

(a) 

il-medda/meded tal-frekwenza li jaħdem fihom it-tagħmir tar-radju;

(b) 

il-potenza massima tal-frekwenza tar-radju trażmessa fil-medda/meded tal-frekwenza li jaħdem fihom it-tagħmir tar-radju.

Fil-każ ta’ tagħmir tar-radju msemmi fl-Artikolu 3(4), l-istruzzjonijiet għandu jkollhom informazzjoni dwar l-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-kapaċitajiet tal-iċċarġjar u l-apparati tal-iċċarġjar kompatibbli tat-tagħmir tar-radju, kif stabbilit fil-Parti II tal-Anness Ia,. Minbarra li tkun inkluża fl-istruzzjonijiet, meta l-manifatturi jagħmlu tali tagħmir tar-radju disponibbli għall-konsumaturi u utenti finali oħra, l-informazzjoni għandha tintwera wkoll fuq tikketta, kif stipulat fil-Parti IV tal-Anness Ia. It-tikketta għandha tiġi stampata fl-istruzzjonijiet u fuq l-imballaġġ jew titwaħħal fuq l-imballaġġ bħala sticker. Fin-nuqqas ta’ imballaġġ, l-isticker bit-tikketta għandha titwaħħal fuq it-tagħmir tar-radju. Meta t-tagħmir tar-radju jkun disponibbli għall-konsumaturi u utenti finali oħra, it-tikketta għandha tintwera b’mod viżibbli u leġġibbli u, fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod, qrib l-indikazzjoni tal-prezz. Meta d-daqs jew in-natura tat-tagħmir tar-radju ma jippermettux mod ieħor, it-tikketta tista’ tiġi stampata bħala dokument separat li jakkumpanja t-tagħmir tar-radju.

L-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sikurezza msemmija fl-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragarfu għandhom ikunu b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 44 sabiex temenda l-Partijiet II u IV tal-Anness Ia, bħala konsegwenza tal-emendi tal-Parti I ta’ dak l-Anness, jew ta’ emendi futuri għar-rekwiżiti tat-tikkettar, jew fid-dawl tal-progress teknoloġiku, billi tintroduċi, timmodifika, iżżid jew tneħħi kwalunkwe dettall fir-rigward tal-informazzjoni, elementi grafiċi jew testwali kif stabbilit f’dan l-Artiklu.

Artikolu 10 9.
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li kull element tat-tagħmir tar-radju tkun akkumpanjata minn kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE jew minn dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE ssimplifikata. Meta tingħata dikjarazzjoni tal-UE ssimplifikata, din għandu jkollha l-e-Mail eżatt fejn ikun jista' jinkiseb it-test sħiħ tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE sħiħa.
Artikolu 10 10.
F'każijiet ta' restrizzjonijiet ta' tqiegħed fis-servizz jew ta' rekwiżiti għal awtorizzazzjoni tal-użu, l-informazzjoni disponibbli fuq l-imballaġġ għandha tippermetti l-identifikazzjoni tal-Istati Membri jew iż-żona ġeografika fi Stat Membru fejn hemm restrizzjonijiet ta' tqegħid fis-servizz jew ta' rekwiżiti għal awtorizzazzjoni tal-użu. Din l-informazzjoni għandha tiġi kompluta fl-istruzzjonijiet li jakkumpanjaw it-tagħmir tar-radju. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw kif tiġi ppreżentata dik l-informazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 45(2).
Artikolu 10 11.
Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li t-tagħmir tar-radju li jkunu qiegħdu fis-suq mhuwiex konformi ma' din id-Direttiva għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak it-tagħmir tar-radju jsir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn it-tagħmir tar-radju jippreżenta riskju, il-manifatturi għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu t-tagħmir tar-radju disponibbli fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda u dwar ir-riżultati tagħhom.
Artikolu 10 12.
Il-manifatturi għandhom, wara talba raġunata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja f'forma elettronika jew bil-miktub biex juru l-konformità tat-tagħmir tar-radju ma' din id-Direttiva, b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mit-tagħmir tar-radju li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0053
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.