+Artikolu 10 8.

Artikolu 10 8.

Il-manifatturi għandhom jiżguraw li t-tagħmir tar-radju jkun akkumpanjat minn struzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza. L-istruzzjonijiet għandhom jinkludu l-informazzjoni meħtieġa għall-użu tat-tagħmir tar-radju skont l-użu intiż tiegħu. Din l-informazzjoni għandha tinkludi, fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-aċċessorji u il-komponenti, inkluż is-software, li jippermettu lit-tagħmir tar-radju jopera kif intiż. Tali struzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza, kif ukoll kull tip ta’ tikkettar, għandhom ikunu ċari, jistgħu jinftiehmu u jintgħarfu.

Għandha tingħata wkoll l-informazzjoni li ġejja f’każ ta’ tagħmir tar-radju li intenzjonalment jibgħat mewġ tar-radju:

(a) 

il-medda/meded tal-frekwenza li jaħdem fihom it-tagħmir tar-radju;

(b) 

il-potenza massima tal-frekwenza tar-radju trażmessa fil-medda/meded tal-frekwenza li jaħdem fihom it-tagħmir tar-radju.

Fil-każ ta’ tagħmir tar-radju msemmi fl-Artikolu 3(4), l-istruzzjonijiet għandu jkollhom informazzjoni dwar l-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-kapaċitajiet tal-iċċarġjar u l-apparati tal-iċċarġjar kompatibbli tat-tagħmir tar-radju, kif stabbilit fil-Parti II tal-Anness Ia,. Minbarra li tkun inkluża fl-istruzzjonijiet, meta l-manifatturi jagħmlu tali tagħmir tar-radju disponibbli għall-konsumaturi u utenti finali oħra, l-informazzjoni għandha tintwera wkoll fuq tikketta, kif stipulat fil-Parti IV tal-Anness Ia. It-tikketta għandha tiġi stampata fl-istruzzjonijiet u fuq l-imballaġġ jew titwaħħal fuq l-imballaġġ bħala sticker. Fin-nuqqas ta’ imballaġġ, l-isticker bit-tikketta għandha titwaħħal fuq it-tagħmir tar-radju. Meta t-tagħmir tar-radju jkun disponibbli għall-konsumaturi u utenti finali oħra, it-tikketta għandha tintwera b’mod viżibbli u leġġibbli u, fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod, qrib l-indikazzjoni tal-prezz. Meta d-daqs jew in-natura tat-tagħmir tar-radju ma jippermettux mod ieħor, it-tikketta tista’ tiġi stampata bħala dokument separat li jakkumpanja t-tagħmir tar-radju.

L-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sikurezza msemmija fl-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragarfu għandhom ikunu b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 44 sabiex temenda l-Partijiet II u IV tal-Anness Ia, bħala konsegwenza tal-emendi tal-Parti I ta’ dak l-Anness, jew ta’ emendi futuri għar-rekwiżiti tat-tikkettar, jew fid-dawl tal-progress teknoloġiku, billi tintroduċi, timmodifika, iżżid jew tneħħi kwalunkwe dettall fir-rigward tal-informazzjoni, elementi grafiċi jew testwali kif stabbilit f’dan l-Artiklu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0053
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.