L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru fejn awtorizzazzjoni skont il-paragrafi 1, 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu tkun valida għandhom ikunu intitolati, fir-rigward ta’ tali tagħmir tar-radju, li jieħdu l-azzjonijiet korrettivi u restrittivi kollha fil-livell nazzjonali previsti skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
3
) u skont din id-Direttiva. Huma għandhom immedjatament jinformaw lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri l-oħra kollha dwar dawn l-azzjonijiet.